Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta

PR252219
Date Icon 10/12/2025

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta se jkollha post dedikat minn fejn tista' topera, taħdem u tesebixxi x-xogħol artistiku u kulturali tagħha u dan bis-saħħa tat-trasferiment uffiċjali ta' proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet.

Dan l-iżvilupp ifisser pass importanti biex jitħares u jiġi mrawwem wieħed mill-aktar aspetti tradizzjonali tal-kultura Maltija.

Il-proprjetà inkwistjoni, li tinsab fi Triq Melita u li għandha wkoll aċċess minn Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valletta, kienet sa issa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet. Issa, permezz ta' dan il-ftehim, il-ħolma li l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta jkollha spazju tagħha saret realtà. Il-post ġie ttrasferit b'titolu ta' kera għall-perjodu ta' ħmistax-il sena.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ddeskriva dan il-proġett bħala pass ieħor lejn il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt li jagħmel lil pajjiżna uniku. Il-Ministru Bonnici spjega kif dan il-pass jista' jitqies bħala kapitlu ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta, wieħed li joffri iktar opportunitajiet, ħidma u azzjoni favur dak li jagħmilna Maltin.

It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella u Andrew Spiteri fil-kapaċità tiegħu ta' President tal-Għaqda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow