Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Palazzo Ferreria mil-lenti t’adolexxenti li qed iwettqu programm ta’ riabilitazzjoni

PR252206
Date Icon 09/12/2025

Adolexxenti li bħalissa għaddejjin minn programm ta' riabilitazzjoni mid-droga, fiċ-Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar, ħadu sehem f'attività kemxejn differenti minn tas-soltu. Dan hekk kif ħadmu fuq pubblikazzjoni ta' ktieb mimli ritratti ta' Palazzo Ferreria, fil-Belt Valletta.

Fil-fatt, dawn ir-ritratti nġibdu mir-residenti f'Tal-Ibwar, bl-istess ktieb ġie ddisinjat minnhom ġewwa d-digital lab li hemm f'tal-Ibwar stess.

Dan il-ktieb ġie ppreżentat minn dawn l-istess adolexxenti lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u lis-Segretarju Permanenti Mark Musù.

Il-Ministru Michael Falzon, tenna li l-Ministeru għandu diversi ftehimiet mal-Fondazzjoni Caritas, u stqarr li din il-kollaborazzjoni hija eżempju ieħor ta' kif dan il-Gvern qed jassisti b'modi differenti, li jmorru lill hinn mill-għajnuna finanzjarja.

“Qegħdin ninvestu wkoll biex ngħinu lil dawn il-minuri jkabbru l-potenzjal tagħhom, billi jesprimu lilhom nfushom u ngħinuhom jitilgħu t-taraġ kollu li huma kapaċi jitilgħu," qal il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu d-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt, spjega kif il-pubblikazzjoni ta' dan il-ktieb, hija msejsa fuq ħidma li mhux biss tat sodisfazzjon lil dawn l-adolexxenti, iżda li għenithom jaħdmu aktar fi spirtu kollettiv, fejn wieħed jgħin lill-ieħor.

Ħidma simbolika li tirrifletti wkoll l-għan wara l-programm ta' riabilitazzjoni mid-droga, fejn persuna terġa' ssib saqajha permezz t'għajnuna, konsistenza u determinazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Palazzo Ferreria mil-lenti t’adolexxenti li qed iwettqu programm ta’ riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Palazzo Ferreria mil-lenti t’adolexxenti li qed iwettqu programm ta’ riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Palazzo Ferreria mil-lenti t’adolexxenti li qed iwettqu programm ta’ riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Palazzo Ferreria mil-lenti t’adolexxenti li qed iwettqu programm ta’ riabilitazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Palazzo Ferreria mil-lenti t’adolexxenti li qed iwettqu programm ta’ riabilitazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow