Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Presepji Maltin f’wirja internazzjonali tal-presepji f’Ruma

pr252202
Date Icon 08/12/2025

Sitt presepji Maltin huma fost 45 presepju minn 20 pajjiż differenti esibiti f’wirja prestiġjuża li qed tittella’ fil-Bażilika Sant’Andrea della Valle Ruma. Il-parteċipazzjoni Maltija saret permezz tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex Malta 1985 u bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat li ffinanzja l-ispejjeż kollha relatati ma’ trasport. Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat attendiet għall-inawgurazzjoni uffiċjali tal-wirja li saret is-Sibt, 6 ta’ Diċembru 2025.

Tmien voluntiera Maltin assistew fil-muntatura tal-wirja li fiha qed jieħdu sehem pajjiżi rinomati għat-tradizzjoni artistika tal-presepji, fosthom Spanja, l-Italja, l-Awstrija u l-Ġermanja. Għal din l-okkażjoni saret ukoll l-inawgurazzjoni tal-Mużew tal-Presepji fi Greccio u li fih hemm esibit l-presepju Malti li tellgħet l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex Malta 1985. Il-presepju, maħdum minn Benny Camilleri, intgħażel mis-Sindku tal-lokal u se jkun parti minn wirja permanenti fil-mużew.

Julia Farrugia, Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, qalet li kien ta’ sodisfazzjon kbir għall-ministeru li jkun ta’ għajnuna biex xogħol volontarju bħalma huwa l-bini tal-presepji jkun rikonoxxut b’dan il-mod. Il-Ministru qalet li voluntiera bħal dawn qegħdin iżommu ħajja tradizzjoni Maltija u Għawdxija filwaqt li l-Gvern qed juri anke b’dan il-mod l-ispalla li joffri lill-qasam li jiddistingwina bħala poplu, il-qasam tal-volontarjat.

Carmen Camilleri, Segretarja tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex Malta 1985, filwaqt li spjegat il-proċess tal-għażla tal-presepji Maltin esibiti, irringrazzjat lill-Ministru Farrugia għal għajnuna kruċjali, bħalma huwa l-finanzjament tat-trasport meħtieġ, biex presepji Maltin setgħu jittellgħu ma’ presepji oħrajn f’wirja ta’ livell internazzjonali.

Il-wirja se ddum miftuħa sat-2 ta’ Frar 2026 u mistennija jżuruha eluf ta’ nies.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Presepji Maltin f’wirja internazzjonali tal-presepji f’Ruma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Presepji Maltin f’wirja internazzjonali tal-presepji f’Ruma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Presepji Maltin f’wirja internazzjonali tal-presepji f’Ruma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Presepji Maltin f’wirja internazzjonali tal-presepji f’Ruma
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow