Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tiċċelebra l-51 anniversarju tar-Repubblika u ssaħħaħ ir-rabtiet maċ-Ċina

pr252198
Date Icon 06/12/2025

Esperti Maltin ġew mistiedna jissottomettu l-interess tagħhom biex jingħaqdu ma’ Bord tal-Arbitraġġ Ewlieni fid-dinja

Malta mmarkat il-51 Anniversarju tar-Repubblika b’messaġġ qawwi ta’ ħbiberija u kollaborazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina. Fid-diskors tiegħu waqt avveniment kommemorattiv f’Shanghai, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, għamel enfasi fuq ir-relazzjoni dejjiema bejn iż-żewġ pajjiżi, mibnija fuq ir-rispett reċiproku, il-valuri kondiviżi, u viżjoni għall-prosperità.

“Malta u ċ-Ċina ilhom igawdu minn relazzjonijiet diplomatiċi għal aktar minn ħames deċenji. Matul dawn is-snin, is-sħubija tagħna kibret b’mod stabbli, u tkopri fost l-oħrajn il-kummerċ, il-kultura, l-edukazzjoni, u l-investiment,” qal il-Ministru. Huwa għamel ukoll enfasi fuq ir-rwol taċ-Ċina bħala mexxejja globali fl-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku, u nnota li Malta hija impenjata li tibni pontijiet ġodda ta’ kooperazzjoni li minnhom jibbenefikaw iż-żewġ pajjiżi.

Apparti din iċ-ċelebrazzjoni ewlenija, saret ukoll laqgħa bilaterali mal-Viċi Sindku Zhang Xiaohong tal-Gvern muniċipali ta’ Shanghai, li ffukat fuq it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni ekonomika u t-tfittxija għal opportunitajiet ġodda ta’ investiment bejn Malta u Shanghai.

Il-mistiedna distinti ġew indirizzati wkoll mis-Sur John Busuttil, Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għar-Repubblika taċ-Ċina, u s-Sinjura Lisa Azzopardi, Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Shanghai, li għamlet enfasi fuq l-importanza tar-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina u l-opportunitajiet għal kooperazzjoni fil-futur.

Iċ-ċelebrazzjoni, organizzata mill-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Shanghai, preżentat Echoes of Malta, bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti u mmexxija mis-Sa Marta Vella, bid-disinji ikoniċi ta’ Charles & Ron. Din il-vetrina artistika rriflettiet l-identità ta’ Malta permezz tal-moda, rakkontar ta’ stejjer, u moviment. Barra minn hekk, il-mistednin, li kienu jinkludu diversi dinjitarji kif ukoll delegazzjoni tan-negozju minn Property Malta, assistew wkoll għal mużika tal-artist Malti Samuel Mallia.

Il-Ministru afferma mill-ġdid kemm Malta hija miftuħa għal investiment barrani, u saħaq fuq il-vantaġġi strateġiċi tagħha. “L-investiment barrani jsaħħaħ il-kompetittività tagħna, joħloq ix-xogħol, u jixpruna l-innovazzjoni. Bħala Gvern, aħna dejjem se nappoġġjaw sħubiji li huma ġusti, sostenibbli, u ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha involuti,” saħaq il-Ministru Attard.

Iż-żjara f’Shanghai serviet ukoll biex tesplora l-kollaborazzjoni fl-arbitraġġ internazzjonali permezz ta’ laqgħat li saru mal-Kummissjoni tal-Arbitraġġ ta’ Shanghai, iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Arbitraġġ ta’ Shanghai (SHIAC), u l-avukati tal-SG&CO, bil-għan li titrawwem kooperazzjoni fis-servizzi legali u alternative dispute resolution.

Żvilupp sinifikanti kienet l-istedina li għamel l-SHIAC lill-professjonisti Maltin biex jesprimu l-interess tagħhom li jingħaqdu mal-bord tal-arbitri tiegħu. L-SHIAC li huwa kklassifikat bħala wieħed mill-aqwa għaxar ċentri ta’ arbitraġġ fid-dinja, joffri opportunità unika għall-esperti Maltin biex jikkontribwixxu fil-qasam tal-alternative dispute resolution u jsaħħu l-preżenza ta’ Malta fin-netwerks legali internazzjonali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tiċċelebra l-51 anniversarju tar-Repubblika u ssaħħaħ ir-rabtiet maċ-Ċina
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tiċċelebra l-51 anniversarju tar-Repubblika u ssaħħaħ ir-rabtiet maċ-Ċina
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tiċċelebra l-51 anniversarju tar-Repubblika u ssaħħaħ ir-rabtiet maċ-Ċina
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tiċċelebra l-51 anniversarju tar-Repubblika u ssaħħaħ ir-rabtiet maċ-Ċina
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow