Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

PR252193
Date Icon 05/12/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jirreferi għall-konferenza stampa li saret aktar kmieni llum mid-deputati tal-Oppożizzjoni dwar Avviż Legali 254 tal-2025. Għal kontra ta' dak li qalet l-Oppożizzjoni, l-avviż legali jikkonċerna reviżjoni tat-tariffi tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini u ma fih l-ebda żieda fil-prezz tal-mediċina. Dawn it-tariffi kienu ilhom ma jiġu riveduti għal aktar minn għaxar snin.

Il-bidliet fit-tariffi jassiguraw li l-Awtorità Maltija għall-Mediċini tibqa' taqdi l-funzjonijiet tagħha, inkluż miżuri li jiggarantixxu l-kwalità u s-sigurtà tal-mediċini kkonsmati mill-pazjenti f'Malta. Mhux talli l-avviż legali ma fihx żidiet fuq il-prezz tal-mediċini, talli wħud mit-tariffi li qed isemmi l-Partit Nazzjonalista lanqas biss se japplikaw għall-importaturi u esportaturi tal-mediċini f'pajjiżna. Fil-fatt dawn huma relatati ma' servizzi li toffri l-Awtorità lil operaturi f'pajjiżi terzi, inkluż mediċina li ma tkunx se tintuża fis-suq lokali.

Ir-realtà hija li l-ammont ta' mediċina aċċessibbli f'pajjiżna huwa fost l-ogħla li qatt kien, kemm mediċina li jagħti l-Gvern b'xejn u anke mediċina li tista' tinxtara fis-suq. Il-Gvern dejjem ħa l-miżuri neċessarji biex mediċina li ma kinitx se tinġieb Malta minħabba d-daqs tas-suq tkun aċċessibbli għall-pazjenti xorta waħda. Dan ix-xogħol tagħmlu l-Awtorità Maltija għall-Mediċina u se tibqa' tagħmlu skont il-ħtiġijiet tal-pazjenti Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow