Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-OSCE biex jagħtu prijorità lid-djalogu u d-diplomazija, u mhux il-konfrontazzjoni

pr252188
Date Icon 05/12/2025

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-OSCE jiltaqgħu fi Vjenna sena wara l-aħħar laqgħa tagħhom fil-Kunsill Ministerjali 2024 f'Malta

“Kollha kemm aħna għandna nagħmlu aktar biex nevitaw l-eskalazzjoni, biex nippromowvu djalogu kostruttiv, nagħtu prijorità lid-diplomazija u nagħtu ħajja ġdida lill-ispirtu ta' Helsinki. Ejjew nagħżlu l-kooperazzjoni minflok il-konfrontazzjoni, nagħżlu l-kollaborazzjoni b'inizjattivi li nwettqu flimkien, u mhux il-kompetizzjoni."

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, tenna dan l-impenn ta' Malta għad-djalogu u l-kooperazzjoni internazzjonali waqt li kien qed jindirizza t-32 Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), li ltaqa' fi Vjenna, sena wara l-laqgħa storika li kellu f'Malta, f'Diċembru 2024. Il-Kunsill Ministerjali ta' din is-sena fakkar il-50 anniversarju tal-Att Finali ta' Helsinki, il-prinċipji fundamentali li ffirmaw l-istati parteċipanti ta' din l-organizzazzjoni, f'Helsinki.

Bħala parti mit-Troika tal-OSCE, id-Deputat Prim Ministru mexxa wkoll it-tieni sessjoni plenarja tal-Kunsill Ministerjali, il-Ħamis waranofsinhar.

Fid-diskors tiegħu, Dr Borg enfasizza l-impenn tal-istati parteċipanti kollha lejn dawn il-prinċipji – ir-rispett lejn is-sovranità, it-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali, il-ftehim paċifiku quddiem nuqqas ta' qbil, u l-koperazzjoni lejn s-sigurtà u l-istabbiltà. “Flimkien għandna responsabiltà, u dmir, li dawn il-prinċipji nsarrfuhom f'azzjoni," hu stqarr.

Meta kien qed jitkellem dwar id-diskussjonijiet Helsinki+50 dwar il-futur tal-OSCE, imnedija mill-Presidenza Finlandiża 2025, id-Deputat Prim Ministru Malti sostna li filwaqt li hemm bżonn ta' titjib, “l-ebda riforma mhu se tagħmel lill-OSCE taħdem b'mod aktar effiċjenti jekk mhux se jkollna r-rieda politika li dan iseħħ. Is-suċċess tal-OSCE jiddependi minna lkoll, minn ħadd iżjed, u minn xejn iżjed."

Il-Kunsill Ministerjali ta' din il-ġimgħa jfisser ukoll it-tmiem tat-terminu ta' Malta fit-Troika tal-OSCE, li tinkludi liċ-Chair-in-Office tal-Organizzazzjoni għall-2025, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Finlandja Elina Valtonen, liċ-Chair tal-2026, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Żvizzeru Ignazio Cassis, u lid-Deputat Prim Ministru Borg, bħala ċ-Chair tal-OSCE tal-2025. Fi tmiem l-aħħar laqgħa tat-Troika għal Malta, waqt il-Kunsill Ministerjali ta' din il-ġimgħa, Dr Borg wiegħed l-appoġġ sħiħ ta' Malta lill-Presidenza Svizzera fl-2026 u lill-Presidenzi futuri fis-snin ta' wara.

Fi Vjenna, id-delegazzjoni Maltija kellha taħditiet bilaterali ma' pajjiżi oħrajn li kienu għall-istess laqgħa. Dr Borg iltaqa' wkoll mal-Ambaxxatur Jan Braathu, ir-Rappreżentant tal-OSCE dwar il-Libertà tal-Istampa, fejn faħħar l-impenn tiegħu biex isaħħaħ il-libertà tal-istampa u l-ħarsien tal-ġurnalisti, minn meta nħatar is-sena li għaddiet, waqt il-Kunsill Ministerjali f'Malta.

Lejlet il-Kunsill Ministerjali ta' din il-ġimgħa, Malta ngħaqdet ukoll m'għadd ta' stati parteċipanti oħrajn f'laqgħa informali dwar l-Aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna. Id-Deputat Prim Ministru Borg qal li filwaqt li għaddejjin it-taħditiet ta' paċi, il-komunità internazzjoni m'għandhiex tieqaf tippjana għal dak li se jiġri fil-jum ta' wara, fosthom ir-rikostruzzjoni, l-istabbilità u s-serħan il-moħħ għall-poplu Ukren.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-OSCE biex jagħtu prijorità lid-djalogu u d-diplomazija, u mhux il-konfrontazzjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-OSCE biex jagħtu prijorità lid-djalogu u d-diplomazija, u mhux il-konfrontazzjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-OSCE biex jagħtu prijorità lid-djalogu u d-diplomazija, u mhux il-konfrontazzjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-OSCE biex jagħtu prijorità lid-djalogu u d-diplomazija, u mhux il-konfrontazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow