AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih il-pestiċida, metomil.
Dan il-pestiċida mhuwiex awtorizzat għall-użu fi prodotti tal-ikel li jinbiegħu fl-UE. Għalkemm il-konsum ta' prodott ikkontaminat ma jikkawżax riskju immedjat għas-saħħa, konsum fit-tul tal-metomil jista' jwassal għall-problemi ta' saħħa. Għalhekk, huwa importanti li l-ammont ta' din is-sustanza li tista' tidħol fil-ġisem jitnaqqas kemm jista' jkun.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | White Fungus |
| Ditta: | Golden Lion |
| Użin: | 150g |
| Lot: | 20251206_003 |
| Data tad-durabbilità: | 15.07.2028 |
| Oriġini: | Hongkong |

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN