Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim bejn il-Gvern Malti u t-Tim Mediku Ċiniż mill-Provinċja ta’ Jiangsu biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa komunitarja

PR252185
Date Icon 05/12/2025

Fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Isla, ġie ffirmat ftehim ġdid ta' kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti, permezz tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC), u l-Kummissjoni tas-Saħħa Provinċjali ta' Jiangsu, li regolarment tibgħat tim professjonali mediku biex jaħdem f'Malta. Din is-sena, qed iservi l-21 Tim Mediku Ċiniż li jagħti servizzi lill-komunità Maltija.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, u jirrappreżenta kapitlu ġdid fil-kollaborazzjoni twila bejn Malta u ċ-Ċina fil-qasam tat-Trattament Mediku Tradizzjonali Ċiniż, li bdiet fl-1994 bit-twaqqif tal-Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine. Preżenti għal dan il-mument kien hemm ukoll l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'Malta, Zhang Zhou, kif ukoll delegazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Provinċja ta' Jiangsu.

Tul dawn is-snin, aktar minn kwart ta' miljun persuna f'Malta gawdew mill-benefiċċji ta' din is-sħubija, grazzi għax-xogħol kontinwu ta' timijiet mediċi Ċiniżi, b'din li qed tkun il-21 rappreżentanza tagħhom.

Il-ftehim il-ġdid jinkludi inizjattivi komunitarji bħall-kliniki mobbli, attivitajiet ta' benesseri fiċ-ċentri għall-anzjani, taħriġ professjonali u skambji kulturali. Dan kollu b'għan wieħed, li tkompli tissaħħaħ il-kwalità tal-kura li tingħata lill-anzjani tagħna, kemm mill-perspettiva fiżika, kif ukoll minn dik soċjali u mentali.

Fid-diskors tiegħu, Agius Galea faħħar l-impenn tat-Tim Mediku Ċiniż lejn il-komunitajiet lokali, kif ukoll l-appoġġ kontinwu mill-Ambaxxata Ċiniża, il-Kummissjoni tas-Saħħa ta' Jiangsu, u l-ħaddiema kollha tal-AACC.

Dan l-avveniment fisser ukoll ir-rikonoxximent uffiċjali għall-ħidma konġunta li saret s'issa, u li issa se tkompli tikber b'viżjoni ċara u komuni għal kura komunitarja aktar integrata u umana.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim bejn il-Gvern Malti u t-Tim Mediku Ċiniż mill-Provinċja ta’ Jiangsu biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa komunitarja
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim bejn il-Gvern Malti u t-Tim Mediku Ċiniż mill-Provinċja ta’ Jiangsu biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa komunitarja
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim bejn il-Gvern Malti u t-Tim Mediku Ċiniż mill-Provinċja ta’ Jiangsu biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa komunitarja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow