Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR252177
Date Icon 04/12/2025

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel tixtieq tinforma lill-pubbliku li rċeviet informazzjoni permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf dwar l-importazzjoni ta' prodott ikkategorizzat bħala “Ikel Ġdid" mhux awtorizzat: Wax gourd / Winter melon (Benincasa hispida, magħruf ukoll bħala Calabaza China).

“Ikel ġdid" huwa ikel jew ingredjent tal-ikel li ma ntużax għall-konsum mill-bniedem b'mod sinifikanti fl-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta' Mejju 1997 u għalhekk jeħtieġ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni bir-reqqa qabel ma jkun jista' jidħol fis-suq tal-UE.

hDR.png

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow