Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR252176
Date Icon 04/12/2025

L-Awtorità għas-Sigurtà tal-ikel tgħarraf lill-pubbliku li, skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, il-prodott elenkat hawn taħt ġie mqiegħed fis-suq mingħajr l-informazzjoni obbligatorja b'lingwa uffiċjali.

Minħabba n-nuqqas ta' tikkettar meħtieġ skont il-liġi, il-konsumaturi jistgħu ma jaqrawx id-dikjarazzjonijiet tal-allerġeni. Il-prodott fih il-qamħ u l-ħalib, u jista' jkun fih ġewż tas-siġar, karawett u sojja. Individwi b'allerġiji għal xi wieħed minn dawn l-ingredjenti għandhom joqogħdu attenti, minħabba li n-nuqqas ta' informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-allerġeni jista' jkun ta' riskju.

Deskrizzjoni tal-prodott:Nesquik - Milk Chocolate Wafer
Ditta: Nestle
Piż:26g
Data tad-durabbiltà:30.06.2026
Numru tal-lott: 5240616111
Oriġini:Ġermanja

nes1.jpg

nes 2.jpg

Il-konsumat ur għandu jaqra sewwa t-tikketta ta' dan il-prodott u jekk it-tikketta ma tkunx f'lingwa uffiċjali, huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow