Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Is-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex jaqbeż il-miljun passiġġier bejn Jannar u Novembru

pr252163
Date Icon 02/12/2025

Għall-ewwel darba minn meta beda jaħdem il-fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex, aktar minn miljun passiġġier użaw dan il-mezz is-servizz f’sena waħda. B’aktar minn 1,150,000 passiġġier sal-aħħar ta’ Novembru, l-2025 tirrifletti rekord ġdid u żieda sostanzjali fuq in-numri tas-sena l-oħra. Fuq kollox, dawn in-numri jikkonfermaw il-bżonn ta’ dan is-servizz u l-importanza ta’ dan il-mezz ta’ trasport li jsaħħaħ il-konnettività bejn lokalitajiet differenti madwar il-gżejjer Maltin.

Dawn iċ-ċifri jirriflettu wkoll l-importanza tal-investiment li qiegħed isir biex dan is-servizz jiġi estiż, b’numru ta’ rotot ġodda maħsuba li jidħlu fis-seħħ matul is-sena li ġejja. Il-konessjonijiet bejn Malta u Għawdex ser ikunu qed jirduppjaw hekk kif jidħlu fis-seħħ servizzi ġodda ta’ fast ferry lejn Għawdex minn Tas-Sliema u minn Buġibba. 

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi Chris Bonett saħaq dwar l-importanza li nħarsu lejn il-baħar bħala parti mis-soluzzjoni għat-trasport tal-futur għaliex huwa mezz effiċjenti u affidabbli li joffri alternattiva sostenibbli. Huwa qal li, “L-impenn tal-Gvern huwa li nkomplu ninvestu fis-servizz tal-ferry, fosthom b’estensjoni lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta biex ngħaqqdu l-kosta ta’ Lvant kollha.” Huwa spjega kif bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ferry landing ġdid f’Marsaskala li eventwalment se jwassal għal servizz ġdid li jieħdok lejn il-Belt Valletta. Il-Ministru Bonett temm jgħid li b’investimenti f’servizzi oħra bħal buses ċirkolari u park & rides, il-ferries qed jiġu integrati f’sistema ta’ trasport multi-modali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow