Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI - Riżultati Finali u Allokazzjoni ta’ Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali - Stock Tal-Gvern Ta’ Malta – Novembru 2025

pr252158
Date Icon 02/12/2025

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 252079 ippubblikata fil-21 ta' Novembru 2025, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €542,738,800 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €350,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €100,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa d-19 ta' Novembru 2025, it-Teżor irċieva 3,134 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fit-tlett Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €103,238,800. Kif tħabbar diġa, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel, ġew aċċettati kollha.

It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
2.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (V) bi prezz ta' €100.00 80820,910,300
3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) F.I. bi prezz ta' €100.001,34541,689,800
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) F.I. bi prezz ta' €100.0092440,638,700
Total 3,077103,238,800

Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, il-21 ta' Novembru 2025, it-Teżor irċieva 71 offerta minn investituri wholesale fit-tlett stocks b'valur nominali flimkien ta' €439,500,000 li ġew allokati kif ġej: 

Deskrizzjoni tal-istockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
2.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (V) bi prezz ta' €100.00 80820,910,300
3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2035 (IV) F.I. bi prezz ta' €100.001,34541,689,800
3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (II) F.I. bi prezz ta' €100.0092440,638,700
Total 3,077103,238,800

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor https://treasury.gov.mt/stock-tal-gvern-ta-malta/.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow