Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Sejħa għal proġetti mill-għaqdiet volontarji dwar il-vjolenza domestika

PR252152
Date Icon 01/12/2025

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg nediet it-tieni edizzjoni tal-programm Together We Empower bħala parti mill-kampanja tas-16-il jum ta' attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika.

Il-Programm b'fond ta' mitt elf ewro ser jitmexxa mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika li qiegħda tistieden għaqdiet volontarji biex iressqu ideat tagħhom għal proġetti fil-komunità biex jitwettqu s-sena d-dieħla.

Kull proġett jista' jikkwalifika għal għajnuna sa għaxart elef ewro u jrid isir skont il-linji gwida tal-kummissjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li din t-tieni edizzjoni ta' dan il-programm jibni fuq l-esperjenza ta' din is-sena meta saru disa' proġetti li trattaw diversi aspetti mit-taħriġ, wirjiet artistiċi, riċerka tematika, workshops u pubblikazzjoni għat-tfal dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika.

Hija ħeġġet biex l-għaqdiet volontarji jkunu kreattivi fil-proposti tagħhom li għandhom jirriflettu t-tema tal-kampanja ta' din is-sena, “Għandha  Ħolma: Futur mingħajr Vjolenza" kif ukoll il-miri tat-tielet strateġija nazzjonali kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika.

Il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika Samantha Pace Gasan saħqet dwar l-importanza li niġbdu ħabel wieħed fl-interess ta' dawk kollha li qegħdin jesperjenzaw il-vjolenza għaliex bl-isforzi kollettivi nkomplu nkissru l-istigma biex vittmi jersqu 'l quddiem u jfittxu l-għajnuna.

Hija qalet li l-proġetti proposti għandhom jinkorporaw prinċipji u prijoritajiet orizzontali bħal inklużjoni u ugwaljanza, parteċipazzjoni u tisħiħ ċiviku, sostenibbiltà, innovazzjoni soċjali u kollaborazzjoni bejn għaqdiet mhux governattivi, entitajiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet privati.

Għal dan il-programm ġie allokat fond ta' €100,000 u kull proġett jista' jirċievi bejn €5,000 u €10,000, b'kontribuzzjoni ta' 20% kofinanzjament mill-għaqda li tapplika għal proġett. L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-28 ta' Frar 2026 f'nofsinhar. Il-linji gwida u l-applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Sejħa għal proġetti mill-għaqdiet volontarji dwar il-vjolenza domestika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow