Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Għaddej ix-xogħol fuq spazju komunitarju ġdid f’Pembroke

pr252148
Date Icon 01/12/2025

F'Pembroke għaddejjin xogħlijiet estensivi li qed jittrasformaw żona li ma kinitx tintuża fi spazju aħdar ġdid għall-familji, ir-residenti u t-tfal.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli waqt żjara fuq il-post flimkien mat-tim ta' Project Green, membri tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke u s-Sindku Kaylon Zammit.

“Proġett wara proġett qed nuru kif l-ispazji miftuħa u r-riġenerazzjoni tagħhom jistgħu jtejbu l-ambjent fejn ngħixu u l-kwalità tal-ħajja. B'dan il-proġett b'mod partikolari fejn qed inħawlu s-siġar, nużaw mill-ġdid materjali naturali u nirrestawraw elementi storiċi, qed nuru wkoll kif lokalitajiet moderni jistgħu jikbru b'mod responsabbli. Irridu nkomplu nibnu komunitajiet aktar ħodor u aktar b'saħħithom bi spazju miftuħ wieħed wara l-ieħor," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

S'issa 25% tas-sit kollu ġie mibdul fi spazju aħdar. Filwaqt li l-ispazji tal-parkeġġ eżistenti nżammu kollha, issa ġew pożizzjonati ftit metri 'l bogħod biex jagħmlu spazju għaż-żoni l-ġodda tal-passaġġi. L-EV charging station huwa mistenni li jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-proġett se jgħaqqad żewġ spazji fi Ġnien il-Madonna tal-Vitorja, ġnien komunitarju b'passaġġ ta' 2,250m², u b'hekk se jagħti ħajja ġdida lil dan il-post rikreattiv fil-qalba ta' Pembroke.

Fiċ-ċentru ta' dan il-proġett hemm pjan biex jiġu ppreservati l-elementi storiċi filwaqt li jinħolqu spazji ġodda u aċċessibbli. Siġra tal-ballut matura se titħawwel fiż-żona madwar l-istruttura ċirkolari eżistenti tal-ġebel u se ssir ċentru simboliku u punt fokali għaż-żona tal-bankijiet.

Dan il-proġett ipoġġi l-kunċett tas-sostenibbiltà fuq quddiem nett. Bħalissa qed jitneħħew il-pjanti invażivi filwaqt li l-ħamrija indiġena qed tiġi skavata biex terġa' tintuża mill-ġdid f'dan il-ġnien. Ix-xogħlijiet ta' skavar diġà tlestew. Bħalissa għaddejjin diversi xogħlijiet strutturali inkluż il-kostruzzjoni ta' ħitan bl-użu ta' blokok tal-ġebel riċiklati, surface compaction u preparazzjonijiet għal passaġġi ġodda u utilitajiet ta' taħt l-art. Il-cables tas-servizzi issa tniżżlu taħt l-art, u b'hekk inħoloq pajsaġġ aktar sigur.

Qed jiġu żviluppati żoni ġodda ta' parkeġġ flimkien mal-kanali tal-ilma tax-xita u l-ELV points, filwaqt li għaddejjin it-tħejjijiet għat-tħawwil ta' siġra kbira tal-ballut u aktar żoni ħodor. Ser tinbena rampa ġdida ta' 80 metru biex tgħaqqad iż-żewġ naħat tal-ġnien u tiżgura aċċessibbiltà għal kull min jagħmel użu minn dan il-ġnien.

Il-project manager Joseph Borda minn Project Green spjega li żona li ma kinitx qed tintuża qed tiġi trasformata fi spazju miftuħ u vibranti f'qalb zona urbana. B'konsultazzjoni mar-residenti ta' Pembroke Project Green qiegħed iżomm il-karattru tal-lokalità billi qiegħed jirrestawra l-elementi storiċi waqt li qiegħed joħloq passaġġi ġodda għal aċċessibbiltà aħjar. “Dan il proġett imwettaq min Project Green, qed jirrifletti l-proposti tar-residenti, billi qed inżommu l-elementi storiċi waqt li nkabbru dan il-ġnien u neħħu tarmak li kien qed jaqsam iż-żona fit-tnejn."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Għaddej ix-xogħol fuq spazju komunitarju ġdid f’Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Għaddej ix-xogħol fuq spazju komunitarju ġdid f’Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Għaddej ix-xogħol fuq spazju komunitarju ġdid f’Pembroke
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Għaddej ix-xogħol fuq spazju komunitarju ġdid f’Pembroke
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow