Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 21 żagħżugħ jingħataw id-Duke of Edinburgh International Award

PR252145
Date Icon 30/11/2025

Wieħed u għoxrin żagħżugħ u żagħżugħa li tul din is-sena wrew reżiljenza, daħlu għal sfidi personali u servew lill-komunitajiet tagħhom, ingħataw id-Duke of Edinburgh Award f’ċerimonja li saret fil-Palazz tal-Verdala u li kienet preseduta mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia li qassmet ukoll il-premjijiet.

Dawn iż-żgħażagħ jirrappreżentaw diversi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u istituzzjonijiet edukattivi, fosthom BP Scouts Malta, Malta Girl Guides, Sixth Form tal-Kulleġġ San Alwiġi, Junior College u The Scout Association Malta.

Żgħażagħ li kienu kommessi għal servizz, rikreazzjoni fiżika, żvilupp ta’ ħiliet u vjaġġi avventurużi, teamwork u kapaċitajiet biex ikunu solvuti problemi. Fit-twettiq ta’ dan kollu dawn iż-żgħażagħ bnew karattru, kunfidenza u determinazzjoni li għalihom huwa magħruf ir-rikonoxximent mogħti.

Il-Ministru Farrugia saħqet li dak imwettaq minn dawn iż-żgħażagħ huwa f’konformità ma’ dak li jemmen il-Gvern li fiż-żgħażagħ ma jarax biss il-futur imma anke l-preżent. Żiedet tgħid li pajjiżna, għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, huwa l-pajjiż Ewropew bl-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-Gvern qed jinvesti f’edukazzjoni li biha ż-żgħażagħ tagħna jieħdu l-aqwa opportunitajiet ekonomiċi li qed joħloq il-pajjiż, mhux iżjed biex isibu xogħol imma biex jaqbdu karriera ta’ kwalità li trendi. 

Il-Ministru Farrugia qalet li l-Gvern kompla jsaħħaħ l-appoġġ lejn l-istudenti bl-introduzzjoni ta’ żieda oħra, żieda ta’ 15% fl-istipendji li tirrifletti investiment ta’ €6  miljuni. Hija rreferiet ukoll għas-sostenn konkret li qed jingħata liż-żgħażagħ biex isiru sidien ta’ darhom, sostenn rifless f’diversi skemi.

Il-ministru qalet li l-fiduċja tal-Gvern fil-potenzjal taż-żgħażagħ tidher ukoll fit-twaqqif ta’ Kabinett għaż-Żgħażagħ, miftuħ għal persuni bejn is-16 u l-35 sena. Permezz ta’ din l-istruttura, iż-żgħażagħ qed jiġu kkonsultati fuq temi ta’ importanza nazzjonali. 

“Prova oħra tal-fiduċja li għandna fiż-żgħażagħ tagħna hija l-vuċi li ngħataw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kif ukoll id-dritt tal-vot lil dawk ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet ġenerali, pass li permezz tiegħu pajjiżna sar wieħed mill-ewwel stati membri tal-Unjoni Ewropea li ta dan id-dritt liż-żgħażagħ,” temmet tgħid il-Ministru Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 21 żagħżugħ jingħataw id-Duke of Edinburgh International Award
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 21 żagħżugħ jingħataw id-Duke of Edinburgh International Award
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 21 żagħżugħ jingħataw id-Duke of Edinburgh International Award
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow