Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Grupp ta’ ħidma biex jippromwovi r-rikonoxximent legali formali tal-project managers

PR252140
Date Icon 29/11/2025

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard indirizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Chamber of Construction Management (MCCM), avveniment li rrikonoxxa t-tkabbir tas-settur u l-impenn tiegħu lejn wieħed t’aktar eċċellenza.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Attard ħabbar it-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma li se jkun iffurmat mill-MCCM, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Ministeru, bil-għan li jressaq ’il quddiem proposti leġislattivi għar-rikonoxximent formali tal-Project Manager fl-ambjent mibni. Din l-inizjattiva ssegwi stħarriġ illi sar mill-BCA bl-appoġġ tal-MCCM fis-settur, liema stħarriġ laqqa’ madwar 300 parteċipant u li minnu rriżulta li l-industrija hija lesta għal rikonoxximent u regolamentazzjoni formali. Il-grupp ta’ ħidma se jallinja l-pożizzjonijiet dwar il-proposta leġislattiva u jipprepara għal diskussjoni wiesgħa fis-settur, bħala riflessjoni tal-impenn tal-Gvern li joħloq qafas regolatorju li jsaħħaħ l-eċċellenza u l-innovazzjoni.

Il-Ministru Attard tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħolli l-istandards permezz ta’ aktar investiment, edukazzjoni u regolamentazzjoni. Huwa nnota li l-Budget tas-sena d-dieħla se jżid b’mod sinifikanti l-finanzjament għas-settur, filwaqt li inizjattivi bħall-Iskills Cards mandatorji fl-industrija tal-kostruzzjoni u l-ewwel Kodiċijiet Nazzjonali tal-Bini u l-Kostruzzjoni f’Malta se jistabbilixxu kriterji ċari dwar is-sigurtà, is-sostenibbiltà u l-kwalità.

L-edukazzjoni tibqa’ fil-qalba ta’ din il-viżjoni, bit-tnedija reċenti tad-Diploma fil-Management tal-Kostruzzjoni li qed toffri mogħdija strutturata lill-professjonisti u lil dawk li jagħżlu li jidħlu għal dan il-kors biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa għall-prattiċi moderni tal-kostruzzjoni. Il-Ministru sostna li dawn ir-riformi huma parti minn strateġija usa’ li tħares biex il-kompetenzi u t-tmexxija jkunu fatturi li jiddistingwu s-settur tal-kostruzzjoni f’Malta.

“Dawn il-miżuri huma parti minn viżjoni ambizzjuża għal settur tal-kostruzzjoni li jkun sigur, sostenibbli u innovattiv u allinjat mal-Viżjoni Malta 2050,” ikkonkluda l-Ministru Attard.

L-MCCM tirrappreżenta project managers fil-kostruzzjoni, professjonisti liċenzjati, gradwati u studenti, u tipprovdi perkorsi ta’ żvilupp professjonali kontinwu (CPD), appoġġ akkademiku u opportunitajiet ta’ ċertifikazzjoni internazzjonali. Permezz ta’ sħubijiet ma’ entitajiet dinjija bħall-Chartered Institute of Building u l-International Construction Project Management Association, il-MCCM tkompli tpoġġi lil Malta fuq il-pjattaforma internazzjonali tal-kostruzzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Grupp ta’ ħidma biex jippromwovi r-rikonoxximent legali formali tal-project managers
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Grupp ta’ ħidma biex jippromwovi r-rikonoxximent legali formali tal-project managers
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow