Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara

pr252114
Date Icon 26/11/2025

Xelter storiku li preżentament huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ kera għal perjodu ta’ ħames snin lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. 

Il-proprjetà tinsab fit-taraġ ta’San Ġużepp, il-Kalkara, u tkejjel madwar tlett mija u tletin metru kwadru (330m²). Permezz ta’ dan it-trasferiment, il-Kunsill Lokali se jkun jista’ jmantni u jikkonserva x-xelter bħala sit ta’ importanza storika u kulturali, bil-għan li jiġi trasformat f’attrazzjoni edukattiva u komunitarja li tfakkar il-memorja kollettiva tal-pajjiż u s-sagrifiċċji ta’ dawk li għexu l-gwerra.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa pass sinifikanti biex inħarsu dak li jagħmel lil pajjiżna uniku. “Dan il-proġett juri kif permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governattivi u l-kunsilli lokali, nistgħu nagħmlu minn siti storiċi postijiet ta’ tagħrif, rispett u opportunità għall-futur.”

Robert Vella, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, spjega li l-prijorità tal-Awtorità hija li l-proprjetà pubblika tiġi amministrata b’mod li jġib benefiċċju dirett lill-komunità. Huwa żied li t-trasferiment ta’ dan ix-xelter storiku lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara jirrappreżenta pass konkret biex jingħata valur ġdid lil sit ta’ importanza storika u kulturali.

Is-Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina qal, “Permezz ta’ dan l-akkwist, irridu nkabbru aktar l-għarfien ta’ kemm bata l-poplu Kalkariż matul it-tieni gwerra dinjija. Dak li għandna llum, nafuh biss għall-kuraġġ li wrew missirijietna. L-akkwist ta’ dan ix-xelter, minsi u moħbi biswit Villa Portelli, il-Kalkara ser jiftaħ opportunità sabiex fil-futur dan ix-xelter jibda jinfetaħ għall-pubbliku u jitgawdew mhux biss mill-komunità Kalkariża iżda mill-pubbliku inġenerali.”

It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella, Wayne Aquilina bħala s-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara u l-Aġent Segretarju Eżekuttiv Etienne Scicluna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow