AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin t'alkalojdi tal-pirroliżidina.
L-alkalojdi tal-pirroliżidina jiffurmaw parti minn grupp ta' tossini naturali li jiġu sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti bħala difiża naturali kontra l-insetti u l-erbivori. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali b'riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina tal-ikel. (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017).
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Trab tal-Kemmun |
| Isem fuq it-tikketta: | Jeera Powder (Cumino in polvere) |
| Piż: | 100g, 400g, 1Kg |
| Data tad-durabbilità: | 30/10/2026 |
| Ditta: | Ali Baba |
| Oriġini: | Indja |


Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub li jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN