Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA ‘Report by the Auditor General on the Workings of Local Government 2024’

pr252111
Date Icon 26/11/2025

L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, illum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fuq il-ħidma tal-Gvern Lokali matul is-sena 2024. 

Disgħa u ħamsin (59) Kunsill Lokali, sitt (6) Kunsilli Reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali rnexxielhom jissottomettu l-audited financial statements lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika sal-aħħar ta' Ottubru 2025. Fil-fatt, kif indikat fir-Rapport, disa' (9) kunsilli, baqgħu ma ppreżentawx l-audited financial statements tagħhom lil dan l-Uffiċċju sad-data msemmija.

L-NAO jirrikonoxxi b'mod pożittiv li l-awtoritajiet lokali kollha li ġew awditjati ssottomettew risposta bil-miktub għan-nuqqasijiet identifikati mill-awdituri. Minkejja dan, il-fatt li ċerti lakuni fil-kontrolli jibqgħu jiġu elenkati sena wara l-oħra huwa inaċċettabbli u ta' tħassib. Barra minn hekk, f'eżerċizzju ta' konformità mwettaq minn dan l-Uffiċċju fuq il-kunsilli lokali tal-Mellieħa, Nadur u Xgħajra, ġew identifikati bosta irregolaritajiet, primarjament li ma kinux qed jiġu osservati r-regolamenti waqt il-proċess ta' akkwist.

Ir-ripetizzjoni ta' ċerti nuqqasijiet, bħal żbalji ta' kontabbli, immaniġġjar inadegwat tal-assi fissi, u amministrazzjoni dgħajfa fir-rigward tal-ammonti li għandhom jitħallsu lill-kredituri, jindika li dawn in-nuqqasijiet mhux qed jiġu indirizzatti b'mod effettiv. Għaldaqstant l-NAO jerġa' jisħaq il-bżonn li jiġu msaħħa l-mekkaniżmi ta' superviżjoni mid-Dipartiment, flimkien mal-investiment fit-taħriġ tal-impjegati, filwaqt li jiġu implimentati azzjonijiet konkreti mill-aktar fis possibbli biex jitjieb il-kontroll intern. Dan l-Uffiċċju jtenni u jenfasizza wkoll l-importanza li waqt li d-dokumentazzjoni neċessarja tkun ipprovduta fil-ħin, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jikkommettu ruħhom b'mod sħiħ ħalli jissolvew il-kawżi ewlenin. It-tisħiħ tal-kollaborazzjoni kollettiva twassal mhux biss sabiex il-komunitajiet ikunu servuti aħjar imma tippromwovi wkoll governanza tajba waqt li tissaħħaħ il-kontabbiltà.

Tħassib ieħor identifikat matul ir-reviżjoni kien jinkludi:

a.         l-Audit Report ta' sebgħa u tletin (37) awtorità lokali ġew kwalifikati minħabba li ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta' sostenn;

b.         disa' (9) kunsilli lokali kellhom Emphasis of Matter Paragraph fl-Audit Report, li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali kunsilli jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex ikunu jistgħu jħallsu l-obbligi finanzjarji fil-futur qarib;

c.         l-Awditur ma setax jesprimi l opinjoni ta' verifika tiegħu dwar il-Financial Statements tal-kunsill partikolari, minħabba diversi nuqqasijiet materjali li ltaqa' magħhom waqt il-verifika; 

d.         tmintax (18)-il kunsill lokali rrappurtaw Working Capital negattiv fl-Istatement of Financial Position; u

e.         tlieta u tletin (33) kunsill lokali, żewġ kumitati reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali rrappurtaw żbilanċ fl-Istatement of Comprehensive Income.

Ir-Rapport jagħmel analiżi dettaljata filwaqt li jipproponi rakkomandazzjonijiet bil-għan li dawn in-nuqqasijiet, flimkien ma' oħrajn li ġew identifikati mill-awdituri privati tal-Gvern Lokali, jiġu indirizzati.

Ir-Rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: www.nao.gov.mt kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook – www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow