STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Preżentazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
pr252110
26/11/2025
Illum, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, iltaqa' mal-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Dr George Hyzler, fi żjara ta' kortesija fil-bini tal-Parlament.
Matul il-laqgħa, Dr Hyzler ippreżenta lill-Ispeaker kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2024.
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma ta' Dr Hyzler fil-qafas tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tisħiħ tal-governanza u t-trasparenza fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Hu żied jgħid li r-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati waqt is-seduta tal-lum.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN