Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Introdott is-servizz tad-Double Balloon Enteroscopy

pr252108
Date Icon 26/11/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li b'investiment ta' €1.5 miljun, qed jiġi introdott servizz ġdid tad-Double Balloon Enteroscopy fl-Isptar Mater Dei.

Id-Double Balloon Enteroscopy (DBE) hija teknika endoskopika avvanzata li tippermetti lill-professjonisti jeżaminaw l-musrana ż-żgħira li hija inaċċessibbli b'endoskopija tradizzjonali. Din it-teknika moderna tintuża l-aktar biex jiġu investigati emorraġiji gastrointestinali mhux spjegati. Hija teknika li tista' tidentifika u tikkura s-sors tal-emorraġija.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif dan l-investiment, apparti li ser jevita l-bżonn ta' operazzjonijiet kumplessi, ser ikun qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti Maltin u Għawdxin mingħajr il-bżonn li dawn il-pazjenti jsiefru. Spjega kif id-DBE għandha wkoll rwol importanti fid-dijanjożi u l-immaniġġjar ta' kundizzjonijiet tal-musrana ż-żgħira bħall-Crohn's Disease, tumuri, u kumplikazzjonijiet relatati mas-celiac.

“Dan mhux biss pass importanti favur is-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna, imma pass importanti tal-ħidma tagħna favur l-individwu. Inħares 'il quddiem għal aktar żviluppi li huma possibbli biss permezz tal-ekonomija b'saħħitha ta' pajjiżna," temm jgħid Dr Abela.

Min-naħa tiegħu, Prof Edward Despott qal kif dan l-apparat ser jgħin pazjenti li għandhom problema jew mard bil-musrana ż-żgħira jew il-kbira. “Sodisfatt li dan l-investiment issa ser ikun qed jibda f'Mater Dei u ser ikun importanti għall-kura mogħtija lill-pazjenti Maltin," temm jgħid Prof Despott.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Introdott is-servizz tad-Double Balloon Enteroscopy
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Introdott is-servizz tad-Double Balloon Enteroscopy
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Introdott is-servizz tad-Double Balloon Enteroscopy
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow