Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Sit żviluppabbli f'Ħal Kirkop qed jinbidel f'ġnien aħdar għal familji

PR252097
Date Icon 25/11/2025

Se jitħawlu siġar maturi filwaqt li ser jinżammu s-siġar tal-ħarrub u taż-żebbuġ

Art żviluppabbli fi Triq Nerik Xerri ġewwa Ħal Kirkop, mistennija tinbidel f'ġnien komunitarju għall-familji u t-tfal. Dan il-ġnien se jagħti ħajja ġdida lil spazju urban li seta' faċilment jinbena.

Il-proġett se jibdel sit ta' 1,600m2 – li darba kien maħsub għall-iżvilupp – f'oasi ekoloġika mill-isbaħ. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli waqt żjara fuq il-post flimkien mat-tim ta' Project Green, membri tal-kunsill lokali ta' Ħal Kirkop u s-Sindku Matthew Agius Zammit.

“Madwar il-pajjiż kollu, qed noħolqu spazji għall-familji u t-tfal. Qed nittrasformaw l-ispazji f'ġonna ħodor, u nenfasizzaw kif dawn l-ispazji huma tan-nies. Dan jirrifletti l-impenn tagħna għal żoni aktar ħodor u futur fejn kull komunità jkollha aċċess għal ambjent sostenibbli u rikreattiv. Ċentrali għall-ħidma tagħna huwa li nagħtu lill-familji spazji fejn iħossuhom eqreb tan-natura, lit-tfal post fejn ikunu jistgħu jilgħabu u jitgħallmu, u lill-komunità spazju mibni madwar il-kunċett tas-sostenibbiltà u l-bżonnijiet tagħhom," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-ġnien il-ġdid se jinkludi spazji interattivi u edukattivi ddisinjati apposta għaż-żgħażagħ u l-familji, inkluż treehouses, żoni tal-logħob, żoni tal-ħwawar aromatiċi, u strutturi li jappoġġjaw il-pollinazzjoni bħal bug hotels. Il-passaġġi kollha se jkunu magħmlua minn materjali riċiklabbli. Se jitħawlu aktar minn 55 siġra matura biex tissaħħaħ il-bijodiversità u jitjieb il-bilanċ ekoloġiku, filwaqt li s-siġar indiġeni eżistenti, inkluż is-siġar tal-ħarrub u taż-żebbuġ, ser jinżammu.

Il-ġnien qed jiġi żviluppat madwar il-kunċett tas-sostenibbiltà. Dan il-ġnien ser jinkludi sistema ta' irrigazzjoni awtomatika li ser titħaddem permezz ta' ġibjun tal-ilma ta' 110 metru kubu. Dan il-ġibjun ser jgħin biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ilma. Ser jinkludi ukoll sistemi li jaħdmu bl-enerġija mix-xemx biex jappoġġjaw installazzjonijiet elettriċi essenzjali fil-ġnien.

Diġà sar progress sinifikanti, inkluż it-tlestija ta' xogħlijiet strutturali ewlenin fuq il-ħitan u l-kostruzzjoni tal-ġibjun.

Dylan Abela Spiteri, il-maniġer ta' dan il-proġett qal kif “Project Green qed taħdem fuq diversi inizjattivi li jiffukaw fuq is-sostenibbiltà u l-aċċessibbiltà. Il-viżjoni tagħna tmur lil hinn milli sempliċiment noħolqu spazju miftuħ għaliex irridu li nistabbilixxu ċentru komunitarju vibranti fejn in-nies ikunu jistgħu jingħaqdu flimkien."

Ritratti: MEEC

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Sit żviluppabbli f'Ħal Kirkop qed jinbidel f'ġnien aħdar għal familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Sit żviluppabbli f'Ħal Kirkop qed jinbidel f'ġnien aħdar għal familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Sit żviluppabbli f'Ħal Kirkop qed jinbidel f'ġnien aħdar għal familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow