Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA

PR252088
Date Icon 23/11/2025

Il-Proġett Malta–Ethiopia Connecting Classrooms jikkonkludi b’ċerimonja simbolika ta’ tħawwil ta’ siġar

Il-proġett Malta–Ethiopia Connecting Classrooms uffiċjalment intemm nhar il-Ġimgħa li għadda b’ċerimonja simbolika li saret f’Ġnien Carmelo Dimech, il-Mosta.

Din l-inizzjattiva immexxija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità (UNODC), saħħet ir-rabtiet edukattivi u kulturali bejn Malta u l-Etjopja, u nisslet valuri ta’ integrità, etika u responsabbiltà fost il-parteċipanti.

Jirrifletti fuq is-suċċess tal-proġett, id-Deputat Prim Ministru, Ian Borg, qal, “Kien ta’ pjaċir kbir li naraw dan il-proġett jitwieled u llum jagħti l-frott tiegħu. ’Il fuq minn 200 parteċipant inkluż strudenti u edukaturi minn Malta u l-Etjopja ddiskutew il-prinċipji u l-valuri tagħna fosthom dawk tas-saltna tad-dritt, id-demokrazija kif ukol il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Rajna xi jfissru dawn għat-tfal tagħna li flimkien mal-edukaturi tagħhom urew interess kbir f’dawn is-suġġetti. Nemmen li inizjattivi bħal dawn se jħallu l-marka tagħhom.”

Imniedi f’Ottubru 2024, il-proġett ġab flimkien 253 parteċipant, inklużi studenti u edukaturi miż-żewġ pajjiżi, li ħadmu flimkien permezz ta’ klassijiet diġitali, sessjonijiet interattivi u skambji kulturali. Matul dawn l-attivitajiet, il-parteċipanti esploraw valuri bħall-onestà, il-ġustizzja, ir-responsabbiltà u r-rispett – pilastri essenzjali fl-etika.

Tul l-2025, studenti u għalliema ħadu sehem f’sessjonijiet diretti ta’ Connecting Classrooms, taħriġ immexxi mill-UNODC allinjat mas-16 il-Għan għall-iżvilupp sostenibbli. Il-materjal tal-GRACE ġie tradott ukoll biex ikompli jintuża fl-iskejjel Etjopjani, filwaqt li dokumentarju dwar il-vjaġġ tal-proġett se jiġi ppreżentat fil-11-il Konferenza CoSP f’Doha.

Matul iċ-ċerimonja tal-Ġimgħa, flimkien mad-Deputat Prim Ministru, ingħaqdet l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, Miriam Dalli fejn flimkien ma’ studenti u edukaturi, huma ħawlu l-ewwel siġar ta’ integrità, simbolu tal-valuri li tkabbru u tqassmu matul il-proċess tal-proġett. Il-parteċipanti ngħataw ukoll ċertifikati b’rikonoxximent tal-kontribut tagħhom.

Il-Ministru Dalli rrimarkat li, “Din l-inizjattiva qed tintegra valuri importanti fost l-istudenti tagħna – bħall-integrità u l-importanza li nieħdu ħsieb xulxin – iżda wkoll prinċipji ambjentali. Is-siġar li dawn it-tfal qed iħawlu se jibqgħu bħala tifkira ħajja ta’ dawn il-valuri.”

Il-proġett Malta–Ethiopia Connecting Classrooms saħħaħ il-litteriżmu etiku, ħeġġeġ iċ-ċittadinanza diġitali responsabbli u bena pontijiet ta’ empatija bejn żewġ soċjetajiet differenti. Is-siġar li tħawlu l-Mosta jibqgħu simbolu ħaj ta’ din is-sħubija u tfakkira għall-ġenerazzjonijiet futuri li l-integrità, bħan-natura, trid titħawwel, tiġi protetta u titħalla tikber.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow