Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jappella għal Politika ta’ Koeżjoni aktar b’saħħitha, iktar ġusta u sensittiva għat-territorju wara l-2027

PR252083
Date Icon 22/11/2025

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, indirizza l-Konferenza dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni li saret f’Bucharest, ir-Rumanija, organizzata mill-Ministru Rumen għall-Investimenti u Proġetti Ewropej, Dragoș Pîslaru, fejn tenna r-rwol essenzjali li għandha din il-politika bħala mutur strateġiku għall-iżvilupp sostenibbli, il-kompetittività u l-progress soċjali madwar l-Unjoni Ewropea.

Fil-preżenza ta’ Ministri u tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Raffaele Fitto, il-Ministru Zrinzo Azzopardi kkonferma l-pożizzjoni konsistenti ta’ Malta li l-Politika ta’ Koeżjoni għandha tibqa’ strument universali u sensittiv għat-territorju, partikolarment għal Stati Membri iżgħar li jiffaċċjaw sfidi strutturali permanenti.

“Il-Politika ta’ Koeżjoni għenet lil Malta tissaħħaħ f’oqsma bħall-ħiliet, id-diġitalizzazzjoni, il-prijoritajiet ambjentali u s-servizzi pubbliċi. Kienet kruċjali għat-tranżizzjoni tagħna lejn ekonomija aktar reżiljenti u innovattiva,” qal il-Ministru. “Iżda llum irridu nħarsu ’l quddiem. Dan huwa mument deċiżiv għall-futur tal-koeżjoni.”

Il-Ministru wera t-tħassib tiegħu li, għalkemm l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li timmodernizza l-koeżjoni hija pożittiva, ċerti elementi fil-proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) jistgħu jdgħajfu l-viżibbiltà, il-prevedibbiltà u n-natura ddedikata tal-finanzjament tal-koeżjoni.

“Is-sistema ta’ allokazzjoni proposta toħloq inċertezza. Għal gżejjer bħal Malta, il-vulnerabbiltajiet relatati mal-ispejjeż ogħla tal-konnettività, pressjonijiet fuq l-art u dipendenzi esterni huma ferm iktar amplifikati. Dawn ir-realtajiet jeħtieġu soluzzjonijiet verament imfassla fuq il-post, u l-politika ta’ koeżjoni hija eżattament maħluqa għal dan,” sostna l-Ministru.

Il-Ministru saħaq li l-politika ta’ koeżjoni m’għandhiex issir biss mezz għall-implimentazzjoni ta’ riformi, iżda trid tibqa’ pilastru ċentrali tal-integrazzjoni Ewropea, tal-kompetittività u fuq kollox, tal-fiduċja pubblika. Huwa appella biex il-qafas futur tal-koeżjoni:

• Jiżgura finanzjament suffiċjenti u ġust għal kull reġjun, irrispettivament mir-rata ta’ żvilupp tal-istat membru;

• Jissaħħaħ il-livell ta’ flessibbiltà mingħajr ma tonqos il-prevedibbiltà jew l-influwenza reġjonali;

• Jibqa’ universali, bilanċjat territorialment u b’riżorsi adegwati;

• Jippreserva l-governanza fuq diversi livelli u l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali.

“Billi naħdmu fuq livelli differenti ta’ governanza nistgħu niżguraw li l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ tiffoka fuq il-konverġenza, l-innovazzjoni u t-tkabbir bilanċjat madwar l-Ewropa. Malta tibqa’ impenjata bis-sħiħ li taħdem mal-imsieħba tagħha biex niżguraw politika ta’ koeżjoni b’saħħitha, effettiva u adattata għaż-żminijiet li ġejjin,” ikkonkluda l-Ministru.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi kellu okkażjoni ta’ taħdidiet mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Rafaele Fitto, responsabbli mill-politika ta’ koeżjoni fejn ġew diskussi punti dwar it-tħaddim tal-fondi ta’ koeżjoni f’Malta u l-oġġettivi li jeħtieġ li jintlaħqu fil-programm ta’ fondi li jmiss. F’din il-konferenza ħadet sehem ukoll Roxana Mînzatu, Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza, li reċentement żaret Malta għal-laqgħat formali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jappella għal Politika ta’ Koeżjoni aktar b’saħħitha, iktar ġusta u sensittiva għat-territorju wara l-2027
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jappella għal Politika ta’ Koeżjoni aktar b’saħħitha, iktar ġusta u sensittiva għat-territorju wara l-2027
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jappella għal Politika ta’ Koeżjoni aktar b’saħħitha, iktar ġusta u sensittiva għat-territorju wara l-2027
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jappella għal Politika ta’ Koeżjoni aktar b’saħħitha, iktar ġusta u sensittiva għat-territorju wara l-2027
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow