STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imħabbra xogħlijiet fuq seba’ sqaqien residenzjali fil-Għargħur wara talba mir-residenti
PR252077
21/11/2025
Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, flimkien mas-Sindku tal-Għargħur Mariah Meli, ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin, ser jibdew xogħlijiet fuq seba' sqaqien residenzjali wara talba mir-residenti.
Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia qal, “Permezz ta' dawn ix-xogħlijiet, bħala Public Works qegħdin inkomplu nibgħatu messaġġ b'saħħtu li nisimgħu lir-residenti u lill-kunsilli lokali, biex imbagħad inwettqu proġetti infrastrutturali li jbiddlu ċ-ċentru tal-komunitajiet tagħna f'ambjent isbaħ u iktar sigur."
Is-Sindku tal-Għargħur Mariah Meli qalet kif dawn ix-xogħlijiet huma frott id-djalogu ħaj u kontinwu mar-residenti, kif ukoll sinerġija sħiħa mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN