Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Ikomplu l-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar l-NPICU Support Leave

pr252069
Date Icon 20/11/2025

Se jitnieda studju xjentifiku dwar kif dan it-tip ta' leave se jkun ta' benefiċċju mhux biss mill-aspett finanzjarju għall-ġenituri iżda anke mill-aspett mediku għat-tarbija

Wara li f'Settembru li għadda ttellgħet il-konferenza nazzjonali li matulha bdew id-diskussjonijiet dwar l-NPICU Support Leave, issa d-diskussjonijiet komplew fuq livell tekniku permezz ta' laqgħa mal-professjonisti li matulha ġew diskussi punti mediċi relatati ma' dan il-leave.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, fil-ftuħ tal-laqgħa teknika rringrazzja d-Deputat Romilda Zarb li kienet tefgħet dawl fuq din is-sitwazzjoni, liema tema nibtet mill-konsultazzjoni dwar il-Miscarriage Leave, li qal minnha ħarġu bosta punti oħra li wkoll kienu rilevanti u importanti.

Dr Ellul spjega li issa li l-Miscarriage Leave tinsab fl-aħħar fażijiet tagħha biex titnieda, u se tkun applikabbli mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla, se jkompli għaddej ix-xogħol fuq il-Leave għall-koppji li wara t-twelid it-trabi tagħhom jittieħdu għall-kura intensiva.

Qal li dan, flimkien anke mal-miżura tal-estensjoni tal-Leave tal-Maternità u tal-Paternità, t-tisħiħ tal-Parental Leave, u miżuri oħrajn bħad-diskussjoni dwar ir-remote working, kollha jservu ta' appoġġ għall-familji Maltin u Għawdxin, filwaqt li jwasslu għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Matul il-laqgħa teknika saret preżentazzjoni minn Dr Rita Pace Parascandalo, li ġiet inkarigata biex tmexxi studju xjentifiku dwar kif leave għal koppji li t-trabi tagħhom ikunu fl-NPICU, se jkun qed jgħin mhux biss lill-ġenituri mill-aspett finanzjarju, iżda wkoll lit-tarbija mill-aspett fiżiku.

Dr Pace Parascandalo spjegat li diġà hemm evidenza xjentifika li turi li meta t-tarbija tkun f'kura intensiva, tirkupra aktar malajr aktar kemm il-ġenituri jqattgħu ħin magħha. Għalhekk, spjegat illi l-istudju li se twettaq ser ikun qed jistħarreġ x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dan.

Din il-laqgħa teknika hija waħda minn sensiela fejn professjonisti mediċi, akkademiċi, u anke ġenituri li għaddew minn din l-esperjenza, se jkollhom l-opportunità jaqsmu l-esperjenza tagħhom, sabiex jinstab l-aħjar mudell possibbli ta' kif u b'liema mod għandu jingħata dan il-leave.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Ikomplu l-laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar l-NPICU Support Leave
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow