Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Imnedija l-applikazzjoni ‘MCC Museum’ – mużew virtwali ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

pr252065
Date Icon 20/11/2025

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg kien preżenti għat-tnedija tal-applikazzjoni 'MCC Museum', mużew virtwali ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi waqt attività fl-istess binja.

Din l-app hija waħda informattiva fuq l-imkejjen kollha ta' interess f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fejn permezz ta' teknoloġija innovattiva, xprunata primarjament mil-intelliġenza artifiċjali, kull min jagħmel użu minnha, se jkun jista' jirċievi l-informazzjoni kollha permezz ta' awdjogwida u b'informazzjoni viżiva, b'diversi lingwi f'postijiet differenti f'Dar il-Mediterran u anke b'innovazzjonijiet bħal chatbots ma' numru ta' karattri u anke mappa virtwali li tgħin lil kull min qed jużaha biex jimxi minn post għall-ieħor. Din l-applikazzjoni għandha wkoll verżjoni għat-tfal billi ġie maħluq il-karattru 'Oranġjo'.

Waqt it-tnedija tal-istess app, id-Deputat Prim Ministru qal li permezz tat-teknoloġija, l-istorja qed tkun aċċessibbli għal kulħadd, kemm għall-Maltin u l-Għawdxin iżda anke għat-turisti li jżuruna.

“Nieħu pjaċir nara inizjattivi ta' din ix-xorta għaliex dan il-post fih ħafna potenzjal. Qabel xejn irridu nkomplu naraw li Dar il-Mediterran tkompli taqdi d-diversi rwoli li għandha. Irridu nassiguraw li dan iċ-ċentru jibqa' jservi bħala mekka għall-konferenzi. Wieħed mill-ftit imkejjen fejn hu possibbli li jsiru konferenzi ta' ċertu kalibru fejn f'post wieħed għandek is-seħer tal-Belt Kapitali, il-Port kif ukoll l-arkitettura storika. Dan il-post irid jibqa' jservi bħala ċentru kulturali sabiex il-palk tat-teatru jibqa' jilqa' fuqu l-aqwa artisti, l-aqwa talenti u jittellgħu l-ikbar numru ta' avvenimenti kulturali possibbli. Irid jibqa' jservi wkoll bħala attrazzjoni turistika sabiex kull min jiġi jżur il-Belt Valletta jara dan il-bini maestuż. Fl-aħħar u mhux l-inqas importanti wkoll li dan il-bini jservi sabiex il-Maltin u l-Għawdxin, speċjalment il-ġenerazzjoni li tiela' tifhem u tapprezza r-rikezza tal-istorja," stqarr id-Deputat Prim Ministru Ian Borg.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv għal Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Nigel Vella sostna li din l-app hija pont li tgħaqqad il-passat mal-preżent u l-preżent mal-futur. “Permezz tagħha kull min iżurna ma japprezzax biss l-arkitettura, il-veduti, is-swali sbieħ tagħna, iżda fuq kollox jinforma ruħu. Jinforma ruħu dwar in-nies li terrqu f'dawn il-kuriduri. Jinforma ruħu dwar is-sinifikat tal-post u l-mod kif serva. Jinforma ruħu kif minkejja li dan il-post għandu aktar minn 450 sena, baqa' sal-lum il-ġurnata jaqdi rwol importanti. Sabiħ li f'binja bħal din jirnexxilek tara l-passat permezz tat-teknoloġija. Sabiħ li tisma' f'lingwi differenti x-xogħol li sar biex illum ninsabu fejn ninsabu," qal Nigel Vella.

Il-Kap Eżekuttiv Vella saħaq li din l-app hija xhieda ħajja tal-importanza li nżewġu t-teknoloġija mal-oqsma kollha tal-ħajja biex nimmasimizzaw il-potenzjal kollu. Fl-aħħarnett huwa stieden lill-pubbliku sabiex iżur Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar il-Ħadd li ġej bejn l-10am u 5pm għall-open-day li se tkun qed tittella''.

Waqt it-tnedija ta' din l-app saret preżentazzjoni minn Dylan Seychell mid-ditta Sey Travel li kien l-iżviluppatur ta' din l-app fejn spjega l-funzjonijiet kollha possibbli li joħorġu minn din l-applikazzjoni.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Imnedija l-applikazzjoni ‘MCC Museum’ – mużew virtwali ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Imnedija l-applikazzjoni ‘MCC Museum’ – mużew virtwali ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Imnedija l-applikazzjoni ‘MCC Museum’ – mużew virtwali ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow