Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tlesta l-proġett ta’ riabilitazzjoni f’Wied Speranza

PR252054
Date Icon 19/11/2025

Wieħed mill-widien l-aktar popolari, Wied Speranza, ġie restawrat wara proġett estensiv ta' riabilitazzjoni ambjentali.

Il-proġett ġie inawgurat uffiċjalment mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u mill-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mat-tim ta' Project Green u l-Kunsill Lokali tal-Mosta.

“Dan il-proġett reġa' ta l-ħajja lil dan il-wied. Proġett ieħor favur ir-restawr naturali u l-protezzjoni tal-wirt tagħna, li jirrifletti l-impenn tagħna li nirrestawraw spazji naturali li n-nies ikunu jistgħu jgawdu u li jressqu l-komunitajiet lejn l-ambjent naturali. Qegħdin nerġgħu nagħtu aċċess għal dawn il-widien lill-pubbliku waqt li noħolqu aktar spazji ħodor għal kulħadd," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li x-xogħol tul il-proġett f'Wied Speranza huwa prova ċara ta' kif il-fondi Ewropej, partikolarment taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, qed jiġu investiti direttament fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali u fil-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet.

“Proġetti bħal dawn huma prova ċara ta' kif nistgħu nagħmlu użu effettiv u responsabbli mill-fondi Ewropej biex inħarsu l-widien tagħna, insaħħu l-bijodiversità u noħolqu spazji li n-nies jistgħu jgawdu b'mod sigur u rispettat," sostna l-Ministru. Huwa żied li l-Gvern se jkompli jappoġġja inizjattivi sostenibbli li jsaħħu l-wirt naturali ta' pajjiżna.

Bħala parti minn dan il-proġett, Wied Speranza, magħruf għall-kappella storika tiegħu li tmur lura għall-1760, għadda minn proċess ta' restawr biex jerġa' jissaħħaħ l-ambjent naturali tiegħu. Ix-xogħlijiet inkludew it-tneħħija ta' pjanti invażivi, it-tindif tal-qiegħ tal-wied, u t-tħawwil ta' 300 siġra u arbuxxell indiġeni ġodda sabiex tissaħħaħ il-fawna lokali. Ġiet installata sistema ġdida ta' irrigazzjoni ta' 1.4km biex tgħin lill-veġetazzjoni li għadha kif tħawlet tikber fl-istadji bikrija.

Il-ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali, li huma parti importanti mill-wirt rurali Malti, ġew imsewwija u mibnija mill-ġdid, b'total ta' 1.4km ta' ħitan restawrati biex tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija u jissaħħaħ dan il-wied. Twaqqfu wkoll barrikati biex ma' jsirx off-roading u jiġi protett dan il-wied, filwaqt li ntużaw materjali naturali li huma bijodegradabbli biex ma ssirx ħsara lill-ħamrija. Ser isiru tabelli b'informazzjoni biex tgħin lill-viżitaturi jsiru jafu aktar dwar in-natura u l-istorja ta' dan il-wied.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tlesta l-proġett ta’ riabilitazzjoni f’Wied Speranza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tlesta l-proġett ta’ riabilitazzjoni f’Wied Speranza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tlesta l-proġett ta’ riabilitazzjoni f’Wied Speranza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow