Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żewġ proġetti innovattivi li jħaddmu l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħu l-indafa pubblika

PR252037
Date Icon 17/11/2025

Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, f'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta u Xjenza Malta, nedew żewġ proġetti innovattivi li jħaddmu l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħu l-indafa pubblika.

It-tnedija tal-proġetti AWIGS (Aerial Waste Identification Geolocation System)  u AICOM (Artificial Intelligence to Optimise Cleansing in Malta), saret mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield.

Il-proġett AWIGS juża sistemi ta' intelliġenza artifiċjali u permezz ta' drones jidentifika u jikkategorizza skart mormi illegalment f'żoni li huma diffiċli biex jintlaħqu, bħal widien, għoljiet u rdumijiet. Il-proġett jippermetti wkoll l-identifikazzjoni tar-rotot tat-tindif u l-identifikazzjoni tat-tip ta' materjal li jkun jeħtieġ jinġabar.

It-teknoloġija, li ġiet żviluppata mid-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fl-Università ta' Malta taħt it-tmexxija ta' Dr Dylan Seychell, diġà ġiet ippubblikata f'konferenzi xjentifiċi internazzjonali u tinsab f'fażi avvanzata ta' żvilupp.

Il-proġett AICOM, li hu ffinanzjat direttament mid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni jiffoka fuq l-użu tal-intelliġenza artifiċjali biex itejjeb l-effiċjenza tad-Diviżjoni.  Din is-sistema se tgħin fl-ippjanar tal-aħjar rotot, fl-analiżi u fl-aħjar użu tar-riżorsi tad-Diviżjoni, filwaqt li tikkomplementa l-kapaċitajiet tal-proġett AWIGS bl-informazzjoni li tinġabar, b'hekk ikompli jtejjeb l-effiċjenza u l-livell ta' servizz illi tagħti lill-pubbliku.

“Dan huwa Budget ieħor b'messaġġ ċar: ekonomija b'saħħitha trid dejjem tkun marbuta ma' kwalità ta' ħajja aħjar u futur aktar sostenibbli għal uliedna. Smajna u nibqgħu nisimgħu x-xewqa tan-nies għal aktar spazji miftuħa fejn il-familji jistgħu jgawdu l-ħin flimkien. Kburija li f'din il-leġiżlatura tlesta x-xogħol fuq 62 spazju miftuħ madwar Malta u Għawdex; investiment konkret fil-komunità tagħna. L-ispazji sbieħ jeħtieġ li nkomplu nieħdu ħsiebhom. Għalhekk, ix-xogħol tad-Diviżjoni tat-Tindif huwa kruċjali, u nilqa' kull teknoloġija ġdida li tista' tgħin lill-ħaddiema jagħmlu dan ix-xogħol b'mod aktar effiċjenti u professjonali," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield spjega kif dan l-investiment jista' jsir biex jagħti servizz aħjar lin-nies għaliex illum għandna ekonomija b'saħħitha u dan jippermetti illi l-Gvern itejjeb l-operat tiegħu bil-għan li jagħti servizz li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. “Aħna nagħtu servizz lill-pubbliku, għalhekk jissejjaħ Servizz Pubbliku u allura huwa d-dmir tagħna li dejjem intejbu l-operat u l-investiment li ħabbarna llum huwa xhieda tar-rieda tagħna li nagħtu lin-nies l-aqwa servizz."

Dawn l-inizjattivi se jwasslu primarjament għal kundizzjonijiet ta' xogħol aktar siguri għall-ħaddiema tad-Diviżjoni flimkien ma' użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u monitoraġġ sistematiku.

Dr Dylan Seychell, lettur fid-Dipartiment tal-AI fl-Università ta' Malta u jmexxi tim ta' xjentisti żgħażagħ li jiżviluppaw teknoloġija li tgħin biex jinżamm l-ambjent nadif.  Huwa spjega kif dawn il-proġetti jilħqu diversi għanijiet: qed tintuża l-aħħar teknoloġija biex jtejjbu l-ambjent, qed tissaħħaħ ir-riċerka f'Malta u qed tingħata opportunità lil żgħażagħ biex jaħdmu f'dan is-suġġett f'Malta stess.  “Din it-teknoloġija tuża tip ta' AI li janalizza x'ikunu qed jaraw il-kameras fuq drones biex jiġi identifikat u lokalizzat skart ta' tip differenti f'żoni rurali."

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara, u Kevin Magro minn Xjenza Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żewġ proġetti innovattivi li jħaddmu l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħu l-indafa pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żewġ proġetti innovattivi li jħaddmu l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħu l-indafa pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żewġ proġetti innovattivi li jħaddmu l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħu l-indafa pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żewġ proġetti innovattivi li jħaddmu l-intelliġenza artifiċjali biex isaħħu l-indafa pubblika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow