Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Clever Advertising tespandi l-operat tagħha f’Malta – investiment ta’ €7.5 miljun f’pajjiżna

pr252021
Date Icon 14/11/2025

Dalgħodu ġie inawgurat uffiċċju ġdid f'pajjiżna mill-kumpanija Portugiża, Clever Advertising b'investiment totali ta' €7.5 miljun f'pajjiżna. Din il-kumpanija hija mifruxa f'ħames kontinenti u għandha ħmistax-il sena esperjenza fil-qasam tal-marketing diġitali.

Madwar id-dinja Clever Advertising tħaddem aktar minn 350, u bil-ftuħ tagħhom f'pajjiżna diġà qed jimpjegaw 30 persuna lokalment, bil-għan li dan in-numru jkompli jikber sa 80 fil-futur qrib. Dan juri ċar l-impenn tal-kumpanija li tespandi l-operat tagħha hawn Malta.

Għal dan il-ftuħ attenda wkoll il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' Gaming Malta, Ivan Filetti u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal-Logħob, Charles Mizzi. Il-Ministru Silvio Schembri tkellem dwar kif dan il-ftuħ ta' uffiċċju ġdid ikompli jsaħħaħ l-fiduċja kontinwa li kumpaniji internazzjonali juru lejn Malta. Dan il-pass jikkonferma l-potenzjal li ġie mħabbar waqt l-iGaming Council ftit tal-jiem ilu, li fih tħabbar li tmien kumpaniji se jkunu qed joħolqu madwar 1,300 impjieg ġdid ta' kwalità, flimkien ma' investiment ta' €60 miljun. Fosthom l-investiment ta' €6 miljun li Clever għamlu fl-uffiċċju inawgurat illum, fis-sit tal-fabbrika l-antika tal-Wembley fil-Gżira. Kif ukoll investiment ta' €1.5 miljun li Clever għamlu f'kumpanija lokali tal-video game development, NARC.

“Il-ftuħ ta' dan l-uffiċċju ġdid jixhed kemm bħala Gvern se nkomplu nagħtu appoġġ lil kull idea, ottimisti li noħolqu aktar innovazzjoni, b'infrastruttura aktar diġitali u moderna, u b'investiment sħiħ fl-istudenti tagħna fl-edukazzjoni u t-taħriġ," temm jgħid il-Ministru Schembri. Huwa għalaq id-diskors tiegħu billi feraħ lit-tmexxija ta' Clever Advertising għal dan il-pass importanti kemm għall-kumpanija kif ukoll għall-ekonomija Maltija.

Matul dan il-ftuħ ġie mħabbar programm imħallas minn Clever, li permezz tiegħu żgħażagħ Maltin se jkollhom opportunità għal esperjenza u prattika fis-settur diġitali, inizjattiva li għandha tgħin liż-żgħażagħ jifjorixxu u jidħlu fid-dinja tax-xogħol b'impjiegi ta' kwalità għolja.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Gaming Malta, Ivan Filetti, qal: “Illum mhux biss qed niċċelebraw l-inawgurazzjoni ta' uffiċċju ġdid, iżda wkoll it-tisħiħ kontinwu tal-ekosistema tal-logħob f'Malta. Ninsabu kuntenti li nilqgħu lil Clever Advertising, kumpanija li l-enerġija, il-valuri u l-investiment tagħha, kemm fin-nies kif ukoll fid-divertiment interattiv, jallinjaw perfettament ma' Viżjoni Malta 2050, il-pjan direzzjonali tagħna għal tkabbir sostenibbli u reżiljenti."

Min-naħa tiegħu d-Direttur Maniġerjali ta' Clever Advertising, Alberto Simoes, qal li: “Dan huwa pass importanti u eċċitanti għal Clever Advertising. Malta kienet għażla strateġika naturali għalina. Il-pajjiż joffri għadd ta' talent b'saħħtu, inkunu viċin ma' klijenti ewlenin, u ambjent regolatorju solidu kemm fis-settur tal-logħob kif ukoll fis-servizzi finanzjarji – elementi kollha li jagħmluha waħda mill-aqwa destinazzjonijiet fl-Ewropa biex tkabbar negozju tat-teknoloġija."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Clever Advertising tespandi l-operat tagħha f’Malta – investiment ta’ €7.5 miljun f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Clever Advertising tespandi l-operat tagħha f’Malta – investiment ta’ €7.5 miljun f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow