Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ‘The Education and Training Monitor 2025, Malta Country Report’ jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi ta’ Malta biex issaħħaħ is-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ

pr252015
Date Icon 13/11/2025

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat 'The Education and Training Monitor 2025, Malta Country Report', li jirrikonoxxi l-isforzi kontinwi ta' Malta biex issaħħaħ is-sistemi tagħha ta' edukazzjoni u taħriġ. Ir-rapport jirrifletti l-miri tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024–2030, li bl-implimentazzjoni tagħha qed ikun hemm progress kontinwu fosthom fil-ħiliet bażiċi, diġitali, fit-taħriġ tal-edukaturi, u fl-ambjenti ta' tagħlim inklussiv.

Ir-rapport jenfasizza titjib fl-edukazzjoni STEM u dik vokazzjonali. Fost l-istudenti tal-edukazzjoni vokazzjonali fl-istadju sekondarju ogħla (VET) li qed jistudjaw oqsma relatati mas-STEM, 52% huma rreġistrati fl-inġinerija, il-manifattura u l-kostruzzjoni, filwaqt li 42% jispeċjalizzaw fl-ICT. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Life Sciences, il-matematika u l-istatistika issa qabżet il-medja tal-UE. It-titjib kontinwu fl-istipendji, l-għoti ta' boroż ta' studju, u inizjattivi ta' għajnuna finanzjarja diretta qed ikomplu jħeġġu l-istudji f'oqsma ta' prijorità relatati ma' STEM, filwaqt li d-Direttorat għall-Programmi STEM u VET u l-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali qed isaħħu l-koordinazzjoni u t-tħejjija diġitali. Inizjattivi bħall-Girls 4 STEM ukoll ikomplu jappoġġjaw il-parteċipazzjoni u l-bilanċ bejn is-sessi fi STEM.

L-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal qed tkompli tavvanza, b'rata ta' parteċipazzjoni taħt l-età ta' tliet snin li laħqet 44.1% fl-2024, ogħla mill-medja tal-UE. It-titjib fis-servizzi taċ-Child Care Centres, it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-persunal, u l-istandards ta' kwalità aġġornati jiffurmaw parti mir-riformi kontinwi. L-identifikazzjoni bikrija ta' studenti f'riskju, perkorsi ta' tagħlim alternattivi, u bidliet fil-kurrikulu qed jikkontribwixxu biex jitnaqqsu aktar ir-rati ta' tluq bikri mill-Edukazzjoni u Taħriġ, bir-rata issa hija dik ta' 9.26%. L-investimenti fl-edukazzjoni diġitali, fl-inizjattivi STEM, u fl-infrastruttura edukattiva sostenibbli jibqgħu prijoritajiet ċentrali. It-taħriġ għall-edukaturi ġie msaħħaħ permezz tal-programm il-ġdid tal-Baċellerat fl-Edukazzjoni Primarja, li wassal għall-irduppjar ta' studenti ġodda.

Programmi bħar-Reading and Recovery Programme jappoġġjaw il-litteriżmu, filwaqt li l-Foreign Language Awareness Programme jintroduċi ħiliet ta' komunikazzjoni f'età aktar bikrija. L-impenn ċiviku jibqa' importanti, bi studenti Maltin li qed juru livell għoli ta' għarfien dwar kwistjonijiet soċjali u politiċi.

L-edukazzjoni vokazzjonali qed iżżomm riżultati b'saħħithom fis-suq tax-xogħol b'rata ta' impjieg ta' 89.1% fost il-gradwati tal-VET. L-opportunitajiet ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol qed jiżdiedu, filwaqt li dak magħruf bħala tertiary attainment tela' għal 46.3%, ogħla mill-medja tal-UE u mill-mira għall-2030. Malta tispikka b'aktar minn 10% tal-gradwati Maltin li qed ikomplu jieħdu opportunitajiet u jistudjaw barra minn Malta. It-tagħlim tal-adulti qiegħed javvanza, b'tkabbir kostanti ta' 46.4%.

Ir-Rapport jinnota wkoll oqsma li jeħtieġu azzjoni kontinwa, fosthom fir-rata ta' studenti fi STEM, speċjalment fost in-nisa, li għadha baxxa, kif ukoll in-nuqqas ta' għalliema fis-suġġetti ta' STEM. L-isforzi li għaddejjin mill-Ministeru se jgħinu biex jintlaqgħu dawn l-isfidi.

L-edukazzjoni bikrija tat-tfal qed tkompli tevolvi, filwaqt li l-Ministeru qiegħed javvanza diversi inizjattivi maħsuba biex itejbu l-kwalità u jiżguraw standards konsistenti fis-settur kollu. Ix-xogħol li għaddej għandu l-għan li jkompli jtejjeb ir-riżultati tat-tagħlim u jnaqqas id-distakki fil-litteriżmu diġitali u xjentifiku, filwaqt li programmi apposta qed jappoġġjaw studenti f'riskju ta' tluq bikri, persuni b'diżabilità.

L-opportunitajiet ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fil-VET qed jespandu biex iġibu lil Malta eqreb lejn il-livelli tal-UE, filwaqt li qed jiġu implimentati miżuri biex jissaħħu l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-allinjament tal-governanza fl-edukazzjoni terzjarja ma' standards Ewropej. Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti qed tkompli tinfirex, b'inizjattivi ġodda li jolqtu adulti li għandhom bżonn itejbu l-ħiliet, biex aktar studenti jibbenefikaw minn opportunitajiet ta' titjib tal-ħiliet u biex il-forza tax-xogħol ta' Malta tibqa' allinjata mal-bżonnijiet li qed jinbidlu tas-suq.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jiżgura edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja u inklussiva, filwaqt li huwa kommess li jindirizza l-isfidi u jkompli jaħdem biex jilħaq il-miri tal-UE fl-edukazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow