Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: MCAST Research Fellowship 2025: Investiment f'riċerka applikata li tressaq lill-istudenti u r-riċerkaturi eqreb lejn l-industrija

pr252012
Date Icon 13/11/2025


Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizza r-“Research and Innovation Expo 2025" tal-MCAST, attività li tiċċelebra l-ideat, il-kreattività u l-kollaborazzjoni li qed isawru l-ekosistema tar-riċerka applikata f'pajjiżna. L-avveniment wassal ukoll għal tħabbira uffiċjali tal-għażla ta' 9 proġetti ġodda ta' R&I, li għalihom il-Gvern żied l-allokazzjoni finanzjarja għal aktar minn €265,000, biex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati l-proposti kollha.

Dan l-investiment jagħmel parti mill-MCAST Research Fellowship Scheme, imniedi fl-2024 u mfassal biex isaħħaħ l-irwol tal-istitut bħala ċentru ewlieni ta' riċerka applikata li tgħaqqad l-edukazzjoni vokazzjonali mal-bżonnijiet tal-industrija. Is-sena li għaddiet kienu ffinanzjati erba' proġetti b'investiment ta' €106,570; din is-sena dan in-numru rdoppja għal disgħa proġetti li jkopru oqsma bħax-xjenza ambjentali, it-teknoloġija, l-edukazzjoni, il-kultura u l-innovazzjoni diġitali.

Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti saħaq fuq l-importanza ta' dan il-programm fil-kisba tal-viżjoni nazzjonali għall-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli. “Illum qed naraw mhux biss il-polz tar-riċerka fl-MCAST imma l-impenn tagħna li ninvestu fin-nies u fit-talent. It-topping-up li għamilna biex niffinanzjaw id-disa' proġetti kollha huwa messaġġ ċar: irridu nappoġġjaw riċerka li ġġib soluzzjonijiet reali għall-pajjiż. Din hija riċerka li tittrasforma ideat f'impatt—għall-komunitajiet tagħna, għall-ekonomija tagħna, u għall-futur tagħna."

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li japprezza l-ħidma li qed isir mill-MCAST Applied Research and Innovation Centre, u rringrazzja lir-riċerkaturi u l-edukaturi li qed imexxu l-proġetti, li kull wieħed minnhom jgħaqqdu għarfien akkademiku ma' applikazzjoni prattika għal sfidi nazzjonali.

Min-naħa tiegħu, il-Prinċipal tal-MCAST Stephen Vella faħħar il-kollaborazzjoni kontinwa bejn il-Gvern u l-Istitut sabiex jinħolqu spazji u opportunitajiet konkreti għar-riċerkaturi żgħażagħ. “Il-fatt li llum għandna disa' proġetti ffinanzjati juri kemm l-MCAST qed jikber bħala ċentru ta' riċerka applikata. Il-Fellowship Scheme jgħin lill-istaff u lir-riċerkaturi tagħna biex jikkollaboraw mal-industrija u joħolqu soluzzjonijiet li jagħmlu differenza. Dan kollu permezz ta' impenn serju u sostnut tal-Gvern li qed jemmen fir-riċerka u fil-potenzjal ta' pajjiżna."

Il-proġetti magħżula jikkontribwixxu direttament lejn il-Viżjoni Malti 2050, b'enfasi fuq is-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet, oqsma kruċjali biex titjieb il-kompetittività tal-pajjiż u jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

L-avveniment tal-lum ikompli jsaħħaħ ir-rikonoxximent li l-MCAST Applied Research and Innovation Centre qed jingħata għax-xogħol dinamiku tiegħu, b'attività li ġiet ukoll wara konferenza ta' tlett ijiem dwar ir-riċerka kwalitattiva li saret din il-ġimgħa.

L-MCAST Research Fellowship 2025 għal darb'oħra jtenni l-importanza li Malta tibni ekosistema ta' riċerka u innovazzjoni b'saħħitha, fejn l-ideat isiru realtajiet u fejn l-investiment fil-potenzjal uman jibqa' prijorità ewlenija għall-pajjiż.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: MCAST Research Fellowship 2025: Investiment f'riċerka applikata li tressaq lill-istudenti u r-riċerkaturi eqreb lejn l-industrija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: MCAST Research Fellowship 2025: Investiment f'riċerka applikata li tressaq lill-istudenti u r-riċerkaturi eqreb lejn l-industrija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: MCAST Research Fellowship 2025: Investiment f'riċerka applikata li tressaq lill-istudenti u r-riċerkaturi eqreb lejn l-industrija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow