STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI
Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett jikkjarifika li f'diversi okkażjonijiet iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala kif ukoll ma' numru ta' NGOs, kemm qabel kif ukoll wara li tħabbar dan il-proġett.
F'dawn il-laqgħat ġie spjegat fid-dettall il-fażijiet kollha tal-proġett, minn fast ferry terminal għal servizz ġdid ta' park & ride miż-żona tal-park ta' Sant'Antnin għal rotot ċirkolari ta' Tallinja biex is-servizz il-ġdid tal-fast ferry isir b'reqqa u bl-inqas inkonvenjent għall-Iskaliżi.
Il-Ministru Chris Bonett saħaq kemm-il darba b'mod ċar u ripetut li ż-żoni tal-għawm (swimming zones) mhux ser jintmessu u li l-fast ferry se tidħol fil-bajja bl-inqas veloċità possibbli (dead-speed) biex tiġi żgurata s-sigurtà ta' kulħadd.
Il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jiddjaloga mal-kunsill lokali, mar-residenti u mal-partijiet interessati kollha. L-għan ewlieni jibqa' li tiġi rispettata r-rieda tal-maġġoranza assoluta tal-Iskaliżi bit-twettiq ta' dan il-proġett. Proġett li se jtejjeb l-infrastruttura u l-konnettività b'mod sostenibbli, filwaqt li jibqa' jitgawda l-karattru uniku u l-ambjent naturali li l-lokal ta' Wied il-Għajn iġib miegħu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN