Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Budget rekord ta’ aktar minn €81 miljun fuq l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli

pr252003
Date Icon 12/11/2025

Fl-aħħar ħames snin kull jumejn kien hemm familja li saret sid ta' darha

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes elenka l-miżuri ewlenin tal-Budget li għas-sena d-dieħla jaħseb għal investiment rekord ta' aktar minn €81 miljun u b'hekk baqa' jingħata prijorità ewlenija mill-Gvern biex kulħadd ikollu aċċess għal dar deċenti u affordabbli.

Huwa semma fost l-oħrajn l-iskema tal-first-time buyers li taħseb biex tagħti €1,000 kull sena għal 10 snin lil min jixtri l-ewwel dar tiegħu. S'issa aktar minn 7,000 persuna gawdew mill-iskema mindu daħħlet fis-seħħ. Għas-sena d-dieħla hemm aktar minn €8 miljun ivvutati għaliha.

Il-Ministru Galdes irrefera wkoll għall-iskema tal-equity sharing li ddaħħlet fl-2019 u li s'issa gawdew minnha aktar minn 380 familja. Għas-sena d-dieħla hemm aktar minn €5 miljun allokati għall-iskema. Għaliha issa se jibdew ikunu eliġibbli  anke dawk ta' bejn il-25 u t-30 sena. L-iskema hija maħsuba għal dawk li ma jkollhomx kapitali biżżejjed biex jixtru darhom, bl-Awtorità  tad-Djar toħroġ nofs il-kapital li jrid jinfeda lura fi żmien 20 sena fl-istess ammont li jkun ħa.

Skemi ta' fejda oħra li se jibqgħu jiġu sostnuti s-sena d-dieħla huma dawk tar-rent subsidy u tal-housing benefit li minnhom ibbenefikaw madwar 3,000 familja. Madwar 1,900 familja oħra bbenefikaw minn sussidju fuq il-kera relatati ma' kirjiet ta' qabel l-1995. L-investiment totali fuq dawn l-iskemi żdiedet minn kważi €6 miljun għal €18 miljun fl-2024. Għas-sena d-dieħla l-gvern alloka €21 miljun fuq iż-żewġ skemi.

Il-Ministru Galdes ikkonferma li għaddejjin taħditiet biex l-iskema tar-rent subsidy tkun estiża wkoll fuq residenzi privati mikrija qabel Ġunju tal-1995 għal dawk li joqogħdu f'farmhouses purament residenzjali.

Dwar l-iskema tal-ħlas ta' 10% tad-depożitu fuq self għad-dar, il-Ministru Galdes qal li b'dan il-Budget din żdiedet minn €225,000 għal kwart ta' miljun ewro biex b'hekk jiġu megħjuna aktar nies li ma jkollhomx flus biżżejjed biex jagħmlu d-depożitu. Is-self imbagħad jinfeda fi żmien 25 sena iżda l-imgħaxijiet kollha jitħallsu mill-Awtorità tad-Djar.

Il-Ministru Galdes rrefera wkoll għal skemi soċjali oħra bħas-social loan li biha l-Awtorità tad-Djar tgħin lil dawk li minħabba d-dħul tagħhom ma jistgħux jixtru residenza jew jiksbu self. L-istess isir bl-iskema Sir Sid Darek immirata biex inkwilini jsiru sid tad-dar.

Huwa semma wkoll skemi oħra bħan-New Hope, immirata lejn dawk li ma jikkwalifikawx għal assigurazzjoni fuq home loan mill-bank minħabba kundizzjoni medika. Il-Budget żied ukoll l-għajnuna għall-iskema tal-installazzjoni ta' liftijiet fejn fl-aħħar 5 snin kien qed jitwaħħal lift kull ġimagħtejn f'binjiet ta' akkomodazzjoni soċjali. Għas-sena d-dieħla hemm €2 miljun għal din l-iskema.

L-iskema Nikru biex Nassistu ġiet imġedda u għas-sena d-dieħla ngħatat aktar riżorsi. B'din l-iskema, mal-1,300 familja qed jgħixu fi proprjetajiet privati li jinkrew lill-Awtorità tad-Djar bħala akkomodazzjoni soċjali. Is-sena l-oħra ntefqu madwar €10 miljun fuq l-iskema.

Il-Ministru Galdes qal li miżura oħra tal-Budget taħseb biex dawk li jirtu proprjetà li tkun ir-residenza tagħhom se jħallsu rata mnaqqsa ta' 3.5% fuq l-ewwel €400,000 u mhux aktar fuq €200,000.

Il-Ministru Roderick Galdes temm jgħid li l-iskemi kollha taw sehemhom biex tkompli tissawwar il-viżjoni tal-Gvern biex ikun hemm sistema ta' akkomodazzjoni li tappoġġja kull fażi tal-ħajja, issaħħaħ il-familji u tirrifletti l-valuri tal-ġustizzja soċjali u tas-solidarjetà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Budget rekord ta’ aktar minn €81 miljun fuq l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow