Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR, IL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI

pr251985
Date Icon 07/11/2025

Għawdex ikompli jikteb storja ta’ suċċess fl-iżvilupp rurali grazzi għall-programm LEADER

L-attività “Celebrating Gozo’s Rural Progress with LEADER”, organizzata mill-Gozo Action Group Foundation (GAGF) ġabet flimkien diversi partijiet ikkonċernati u benefiċjarji biex jiċċelebraw il-kisbiet li saru fil-qafas tal-programm LEADER kif ukoll sabiex iħarsu lejn il-prijoritajiet tal-perjodu 2023–2027 taħt il-Politika Agrikola Komuni. Matul l-attività tnediet ukoll pubblikazzjoni kommemorattiva li tfakkar fil-vjaġġ tal-programm LEADER, f’Għawdex, bl-istorja ta’ proġetti li taw impatt pożittiv fuq il-komunitajiet rurali lokali.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri stqarr li l-qasam rurali f’Għawdex huwa parti mill-identità tagħna u għalhekk bħala Ministeru qed jaħdmu biex dan is-settur jibqa’ ħaj, modern u sostenibbli, mingħajr ma nitilfu t-tradizzjonijiet u l-valuri li jiddistingwu lil Għawdex. “Permezz tal-Istrateġija għal Għawdex, irridu nibnu fuq dak li hu awtentiku u ta’ kwalità, filwaqt li nindirizzaw l-isfidi bħat-tibdil fil-klima, in-nuqqas ta’ żgħażagħ fis-settur agrikolu u l-frammentazzjoni tal-art. B’kollaborazzjoni mal-GAGF, l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali t’Għawdex, il-Kunsilli Lokali u l-produtturi stess, qed inwettqu programm komprensiv b’ħames pilastri ewlenin li jsaħħu l-kwalità tal-prodotti tagħna, l-użu sostenibbli tal-ilma u l-ħamrija, u l-ħolqien ta’ esperjenzi rurali matul is-sena kollha.”

Il-Ministru Camilleri temm jgħid: “Aħna determinati li nkomplu nħarsu ’l quddiem b’viżjoni ċara, li nsaħħu l-komunitajiet rurali, nattiraw iż-żgħażagħ lejn l-agrikoltura, u nippromwovu turiżmu rurali sostenibbli li joffri esperjenzi awtentiċi f’kull staġun.” Dan filwaqt li tenna l-impenn tal-Gvern li jibqa’ jgħin u jappoġġja lill-bdiewa, lill-produtturi u lill-komunitajiet rurali sabiex ikompli jittejjeb u jissaħħaħ il-qasam rurali f’Għawdex.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo stqarr li, “Matul is-snin, permezz tal-programm LEADER, rajna trasformazzjoni konkreta fl-irħula tagħna, żammejna ħajjin it-tradizzjonijiet, ħloqna opportunitajiet ġodda, u tejjibna l-kwalità tal-ħajja għall-Għawdxin kollha. Illum, waqt li niċċelebraw il-kisbiet tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2022, inħarsu wkoll ’il quddiem lejn opportunitajiet ġodda taħt il-Pjan Strateġiku għall-Agrikoltura għas-snin 2023-2027.”

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, faħħar ir-riżultati miksuba permezz tal-programm LEADER, li sa mill-introduzzjoni tiegħu f’Malta ta spinta ġdida lill-iżvilupp rurali u lill-komunitajiet lokali. Huwa qal li, “LEADER mhuwiex biss fond ta’ finanzjament iżda mudell ta’ kif il-komunitajiet stess jistgħu jmexxu t-tibdil li jixtiequ jaraw. B’dan il-mudell qed nsaħħu l-innovazzjoni, l-inklużjoni u r-reżiljenza fil-komunitajiet tagħna.”

Il-Ministru żied jgħid li taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni 2023-2027, Malta se tkompli tibni fuq il-kisbiet ta’ qabel biex tkompli twettaq proġetti li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-kwalità tal-ħajja f’Għawdex.

Iċ-Chairperson tal-GAGF, Joe Cordina, fakkar fil-ħidma kontinwa tal-Fondazzjoni bħala punt ta’ konnessjoni bejn il-komunitajiet Għawdxin u l-opportunitajiet ta’ fondi Ewropej għall-iżvilupp rurali.

Matul l-avveniment, ġew ippreżentati erba’ LEADER Rural Excellence Awards lil proġetti distinti li wrew eżempju ta’ innovazzjoni u impatt fil-komunitajiet tagħhom:

• Premju LEADER għall-Impatt fil-Komunità,

• Premju LEADER għall-Innovazzjoni u l-Intrapriża,

• Premju LEADER għall-Wirt u l-Patrimonju Kulturali, u

• Premju LEADER għas-Saħħa u l-Kwalità tal-Ħajja.

L-attività inkludiet ukoll preżentazzjoni dwar id-diversi riżultati tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020, kif ukoll introduzzjoni għall-opportunitajiet ġodda taħt il-Pjan Strateġiku 2023-2027. L-għeluq tal-programm sar bil-preżentazzjoni tal-pubblikazzjoni kommemorattiva dwar il-ħidma tal-GAGF tul is-snin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR, IL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR, IL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR, IL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR, IL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow