Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr251974
Date Icon 06/11/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jtenni l-impenn sħiħ u bla heda tiegħu biex jiżgura s-sigurtà, id-dinjità u l-benesseri tal-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa u tal-pazjenti fl-Isptar Karen Grech.

Il-Management qed jieħu b'serjetà massima t-tħassib tal-istaff kollu, inklużi l-infermiera u l-professjonisti alleati fis-saħħa. Il-Ministeru jibqa' impenjat li jżomm ambjent tax-xogħol sigur u ta' sostenn għal dawk kollha li jiddedikaw ħajjithom għall-kura ta' ħaddieħor.

Illum, il-Ministeru u l-amministrazzjoni tal-isptar stiednu formalment lill-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) għal taħditiet bil-għan li tissolva s-sitwazzjoni b'mod kostruttiv. Sfortunatament, il-union irrifjutat li tattendi. Il-Gvern jemmen li djalogu sinċier, u mhux il-konfrontazzjoni, huwa l-uniku mod kif jinkisbu soluzzjonijiet verament sinifikanti fl-interess kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-pazjenti.

Stedina oħra diġà ntbagħtet lill-MUMN għal laqgħa għada filgħodu, u l-Ministeru jittama li l-union terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha u tidħol f'djalogu miftuħ u kostruttiv.

Filwaqt li l-Management jibqa' jisma' u jinvolvi ruħu b'intenzjoni tajba, huwa importanti li l-partijiet kollha jaġixxu b'mod responsabbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow