Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President issegwi l-proċess tal-istampar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ ta’ din is-sena

pr251972
Date Icon 06/11/2025

L-E.T. Myriam Spiteri Debono żaret l-istamperija Best Print Ltd. u segwiet l-aħħar fażi tal-proċess tal-istampar ta' 'Tisjir mill-Qalb', li bħal kull sena se jinbiegħ b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Akkumpanjata mis-sid tal-kumpanija, Mario Abela, il-President iltaqgħet ukoll il-ħaddiema tal-kumpanija, li ilhom għall-aħħar ġimgħat għaddejjin bil-preparamenti u l-istampar tal-pubblikazzjoni ta' din is-sena.

Matul iż-żjara tagħha, il-President kienet akkumpanjata minn Sina Bugeja, Chairperson tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), kif ukoll uffiċjali tal-Presidenza u tal-MCCF.

Din is-sena, il-ktieb jiffoka fuq l-identità u l-kultura kulinarja ta' Malta, bħala gżira fil-qalba tal-Mediterran, b'riċetti tradizzjonali Maltin li wħud minnhom ingħataw bixra ġdida. L-ingredjenti użati huma dawk friski skont l-istaġun.

Fid-daħla tal-ktieb, il-President titkellem dwar l-ikel mhux biss bħala memorja, tradizzjoni u mħabba servuta fuq platt, imma wkoll bħala “kumpann tal-vjaġġ tal-ħajja tagħna, għaliex jiffaċilita d-diskussjonijiet u l-laqgħat soċjali tagħna madwar il-mejda, u jgħaqqadna flimkien."

'Tisjir mill-Qalb', disponibbli bil-Malti u bl-Ingliż, se jkun qed jinbiegħ fi tmiem din il-ġimgħa, matul il-Fiera tal-Ktieb fl-MFCC, Ta' Qali u jkun disponibbli wkoll mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar Malta u Għawdex. Il-Ħadd, il-President ta' Malta se żżur il-Fiera, biex tiltaqa' ma' dawk li jakkwistaw 'Tisjir mill-Qalb' u tiffirmalhom il-kopja tagħhom.

Il-qligħ kollu mill-bejgħ ta' 'Tisjir mill-Qalb' se jmur b'risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, biex tkun tista' tkompli tassisti lil dawk kollha li jiġu bżonn l-għajnuna tagħha.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President issegwi l-proċess tal-istampar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ ta’ din is-sena
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President issegwi l-proċess tal-istampar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ ta’ din is-sena
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President issegwi l-proċess tal-istampar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ ta’ din is-sena
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President issegwi l-proċess tal-istampar ta’ ‘Tisjir mill-Qalb’ ta’ din is-sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow