Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ekonomija b’Saħħitha –Futur għal Uliedna: Imħabbra sett ta’ miżuri mmirati li jtejbu diversi aspetti fil-qasam tal-mobilità

pr251964
Date Icon 05/11/2025

Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna: Imħabbra sett ta' miżuri mmirati li jtejbu diversi aspetti fil-qasam tal-mobilità

F'Boiler Wharf fl-Isla, il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, flimkien mas-Segratarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, ħabbru li din iż-żona ser tibda tinfetaħ għall-pubbliku bejn is-6pm u s-6am. Il-parkeġġ, li jesa' madwar 35 karozza, ser ikun aċċessibbli wara li saru l-arranġamenti meħtieġa minn Transport Malta u l-Kunsill Lokali tal-Isla bħala parti mill-pjan ta' Reshaping Our Mobility, bl-għan li jintużaw aħjar spazji u parkeġġi ta' entitajiet governattivi f'żoni urbani u f'ħinijiet alternattivi.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, ħabbar ukoll diversi miżuri, grants finanzjarji u skemi li jħeġġu l-użu ta' trasport nadif, sostenibbli u effiċjenti. Huwa qal li l-bidla kulturali fil-mod ta' kif nivvjaġġaw ma tiġrix b'kumbinazzjoni, iżda b'inċentivi diretti u investiment fl-infrastruttura. “L-iskemi għall-vetturi elettriċi, muturi, roti u mezzi oħra alternattivi ser jibqgħu fis-seħħ filwaqt li qed indaħħlu skema ġdida ta' regolarizzazzjoni tal-arretrati tal-liċenzja li b'mod ġust tagħti opportunità lis-sidien ta' dawn il-vetturi biex jirregolarizzaw ruħhom."

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli rrimarkat kif permezz ta' din il-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Isla u Transport Malta, qed titnaqqas il-problema tal-parkeġġ kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jżuru din il-lokalità, anke fi tmiem il-ġimgħa. Zerafa Civelli saħqet li l-kunsilli lokali qed ikunu strumentali biex itejbu l-livell ta' għajxien tar-residenti u biex jagħmlu l-lokalitajiet aktar sostenibbli.

Grants Finanzjarji u Skemi Oħra

Transport Malta se tkompli taċċetta applikazzjonijiet sal-aħħar ta' Diċembru għax-xiri ta' vetturi elettriċi ġodda, inkluż muturi li jaħdmu bil-petrol. Barra minn hekk, fl-2026 dawn il-grants ser ikunu disponibbli għal pubbliku:

Għotjiet fuq Vetturi u Muturi Elettriċi Ġodda

• €500 għal pedelecs (roti megħjuna minn mutur elettriku)

• €2,000 sa €6,000 għal muturi, triċikli u kwadriċikli elettriċi

• €8,000 għal karozzi u vannijiet li jiswew inqas minn €40,000

• €6,000 għal karozzi u vannijiet li jiswew bejn €40,000 u €100,000

Skema ta' skrappjar

• €500 fuq skrappjar ta' mutur

• €1,000 fuq skrappjar ta' karozza

• €1,000 addizzjonali għal skrappjar ta' vetturi reġistrati f'Għawdex

Skemi Oħra

• Skema għax-xiri ta' pedelecs, muturi tal-petrol u e-kick scooters

• Rifużjoni sħiħa tal-VAT fuq roti u roti elettriċi

• Skema għall-vetturi aċċessibbli b'wheelchair li jintużaw għall-ġarr ta' passiġġieri

Tnaqqis fit-Taxxi ta' Reġistrazzjoni u Ħlasijiet Annwali tal-liċenzja

• Mill-1 ta' Jannar 2026, muturi b'ċilindrata sa 350cc se jkunu eżentati mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u l-liċenzja annwali tagħhom ser tonqos għal €25 fis-sena.

• Vetturi elettriċi u plug-in hybrid b'awtonomija elettrika ta' aktar minn 50km se jibqgħu eżentati mit-taxxa ta' reġistrazzjoni u mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq għal 5 snin mid-data tar-reġistrazzjoni.

Skema ta' Regolarizzazzjoni ta' Arretrati tal-Liċenzji tal-Vetturi

Transport Malta ser toffri din l-iskema li tapplika għal sidien ta' vetturi li skrappjaw, iggaraxxjaw, esportaw, jew ittrasferixxew vetturi mingħajr ma avżaw b'mod uffiċjali lil Transport Malta. Hija tipprovdi opportunità lis-sidien ta' vetturi bi ħlasijiet pendenti sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom billi jħallsu l-kontijiet pendenti li fadlilhom.

Din l-iskema tkopri wkoll każijiet bħal:

• Vetturi ta' sidien mejtin u/jew fejn il-wirt ma kienx aċċettat 

• Individwi li jinsabu f'istituzzjonijiet, sptarijiet jew homes u ma jistgħux jiffirmaw il-proċess 

• Vetturi rreġistrati taħt kumpaniji li ġew likwidati jew m'għadhomx irreġistrati 

Aktar dettalji dwar dawn l-iskemi kif ukoll informazzjoni fuq kif wieħed jista' japplika ser ikunu ppubblikati fuq is-sit uffiċjali ta' Transport Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ekonomija b’Saħħitha –Futur għal Uliedna: Imħabbra sett ta’ miżuri mmirati li jtejbu diversi aspetti fil-qasam tal-mobilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ekonomija b’Saħħitha –Futur għal Uliedna: Imħabbra sett ta’ miżuri mmirati li jtejbu diversi aspetti fil-qasam tal-mobilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ekonomija b’Saħħitha –Futur għal Uliedna: Imħabbra sett ta’ miżuri mmirati li jtejbu diversi aspetti fil-qasam tal-mobilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow