Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jattendi għall-ftuħ uffiċjali tal-Mużew Grandjuż Eġizzjan

PR251950
Date Icon 03/11/2025

Dr Borg  ukoll f'taħditiet ma' Dr Badr Abdelatty, Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Emigrazzjoni u l-Espatrijati tal-Eġittu

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Dr Ian Borg nhar is-Sibt illi għadda rrappreżenta lil Malta fil-ftuħ uffiċjali tal-Mużew Grandjuż Eġizzjan fil-Kajr flimkien ma' dinjitarji u rappreżentanti minn madwar 80 pajjiż.

Dr Borg iddeskriva dan il-mużew, li huwa wieħed mill-akbar tat-tip tiegħu madwar id-dinja u ilu 'l fuq minn 20 sena ppjanat bħala mhux biss spazju li jiġbor fih l-istorja tal-Eġittu iżda tal-umanità. “Ġewwa l-Kajr, fl-Eġittu, pajjiżna kien onorat bħala wieħed minn madwar 70 delegazzjoni mistiedna għall-ftuħ tal-mużew illi jiġbor fih l-istorja mhux biss ta' dan il-pajjiż iżda wkoll taċ-ċivilizazzjoni umana. Li nirrappreżentaw lil pajjiżna f'din l-okkażjoni unika u tant importanti għall-Gvern u l-poplu Eġizzjan kien unur u esperjenza mill-isbaħ."

Bħala parti miż-żjara uffiċjali Dr Borg kellu wkoll laqgħa bilaterali ma' Dr Badr Abdelatty, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Emigrazzjoni u l-Espatrijati. “Matul din il-laqgħa ddiskutejna bosta temi u prijoritajiet, fosthom kif nistgħu nżidu l-kummerċ u l-konnettività bejn iż-żewġ Nazzjonijiet fost l-oħrajn," spjega Dr Borg.

Fil-laqgħa ġew diskussi wkoll numru ta' temi reġjonali pressanti li jolqtu liż-żewġ pajjiżi. “Il-Libja, li hija pajjiż ġarr tagħna, tibqa' sfida għaż-żewġ pajjiżi u rridu nkomplu naħdmu flimkien fuqha. Iddiskutejna wkoll ir-rotot marittimi u l-importanza tal-Kanal tas-Suez bħala rotta kruċjali kummerċjali," qal Dr Borg.

Bla dubju dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani baqa' wkoll fiċ-ċentru tad-diskussjonijiet fid-dawl tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied li ntlaħaq fl-aħħar ġimgħat, li l-Eġittu kienet ċentrali fih. “Ovvjament wieħed importanti li jibqa' jsegwi sabiex dak il-pjan jinżamm u jiġi attwat. It-tama tagħna hija li ġewwa l-Iżrael u l-Palestina jkollna żewġ stati li jgħixu flimkien fil-paċi," enfasizza Dr Borg.

Id-Deputat Prim Ministru Borg temm jgħid li huwa kommess u jħares 'il quddiem sabiex il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tkompli tissaħħaħ u tibqa' tibni fuq ir-relazzjonijiet eċċellenti eżistenti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jattendi għall-ftuħ uffiċjali tal-Mużew Grandjuż Eġizzjan
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jattendi għall-ftuħ uffiċjali tal-Mużew Grandjuż Eġizzjan
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow