Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tittella’ t-Tieni Edizzjoni tal-Malta Boat Show b’aktar minn 160 dgħajsa u 75 esebitur

PR251946
Date Icon 02/11/2025

Matul tmiem din il-ġimgħa, qed tittella’ t-tieni edizzjoni tal-Malta Boat Show ġewwa Dockyard Creek, bejn Bormla u l-Isla. Dan l-avveniment annwali jiġbor fih dak kollu li għandu x’jaqsam mas-settur marittimu, industrija importanti għall-ekonomija Maltija. L-edizzjoni ta’ din is-sena kompliet tibni fuq is-suċċess tas-sena l-oħra, bi tkabbir sostanzjali fid-daqs, u li issa tkopri 1.5 kilometru ta’ mollijiet, b’aktar minn 75 esebitur u 160 dgħajsa ta’ diversi daqsijiet.

Għall-ewwel darba, il-Malta Boat Show qed tilqa’ esebituri internazzjonali fosthom kumpaniji mill-Italja u Franza, li jkomplu jikkonfermaw ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala ċentru marittimu ta’ eċċellenza fil-Mediterran, bl-akbar bandiera marittima fl-Ewropa u l-akbar fid-dinja fil-qasam tas-Superyachts. 

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett sostna li għal ħafna snin, l-industrija Maltija kellha tmur barra minn xtutna biex tippromwovi s-servizzi tagħha. “Illum il-ġurnata, Malta nnifisha saret destinazzjoni,” qal il-Ministru Bonett. “Għandna professjonisti, investituri u viżitaturi li qed jagħżlu lil Malta bħala l-post fejn jiltaqgħu, jinvestu u jikkollaboraw. Dan huwa sinjal ċar ta’ tkabbir sostenibbli u fiduċja fil-pajjiż tagħna.” Hu spjega li dan is-settur hu wieħed mill-pilastri  tal-Viżjoni Malta 2050. “Is-suċċess li qed naraw illum huwa frott ħidma kollettiva bejn dawk li jaħdmu fl-industrija, dawk li jfasslu l-politika, il-kumpaniji privati u l-investituri,” temm jgħid il-Ministru Bonett. 

Il-Malta Boat Show tiftaħ sal-Ħadd 2 ta’ Novembru matul il-ġurnata kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tittella’ t-Tieni Edizzjoni tal-Malta Boat Show b’aktar minn 160 dgħajsa u 75 esebitur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tittella’ t-Tieni Edizzjoni tal-Malta Boat Show b’aktar minn 160 dgħajsa u 75 esebitur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tittella’ t-Tieni Edizzjoni tal-Malta Boat Show b’aktar minn 160 dgħajsa u 75 esebitur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow