Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Gentoo Media tagħżel lil Malta għall-headquarters ewlieni b’aktar minn 70 impjieg

pr251942
Date Icon 01/11/2025

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri attenda l-ftuħ uffiċjali ta’ Gentoo Media f’Malta, sinjal ċar ta’ fiduċja f’pajjiżna u fl-opportunitajiet li joffri. 

Din il-kumpanija, topera fil-qasam tal-affiljazzjoni diġitali u strateġiji fil-qasam tal-marketing fil-qasam diġitali. Hija se tistabbilixxi l-headquarters tagħha f’Malta. Globalment din il-kumpanija diġà timpjega 360 impjegat madwar is-Serbja, id-Danimarka, Spanja, u r-Renju Unit, 70 impjieg minnhom f’Malta fejn il-maġġoranza huma Maltin. L-għażla ta’ Malta bħala hub ewlieni hija prova ċara kemm il-pajjiż huwa rikonoxxut internazzjonalment.

“Aħna kburin li bħala Gvern nħaddnu l-istess valuri li jħaddnu kumpaniji bħal Gentoo Media, u li nappoġġjaw l-opportunitajiet li qed jinħolqu għal bosta żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Il-kumpaniji li jintroduċu innovazzjoni jsaħħu l-ekonomija diġitali tagħna, u jikkontribwixxu għal pajjiż li qed jikber b’saħħtu, b’mod sostenibbli u li qed isir aktar reżiljenti u inovattiv,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Il-Gvern jibqa’ jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal tal-industrija, u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli b’valur għoli, fejn il-kwalità dejjem timxi qabel il-kwantità.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Gentoo Media, Jonas Warrer, qal li: “Malta kellha rwol ċentrali fil-vjaġġ tagħna, u dawn il-headquarters ġodda jirrappreżentaw kapitlu ġdid, mibni fuq it-tkabbir, il-fiduċja u l-impenn fit-tul. Aħna kburin li qegħdin nikbru f’Malta u li nkomplu nibnu minn post li jaqsam l-istess ħsibijiet tagħna.”

Il-Ministru Schembri kien akkompanjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ Gaming Malta, Ivan Filetti li qal: “Id-dar il-ġdid ta’ Gentoo Media f’The Quad hija aktar minn sempliċi uffiċċju - huwa turija ta’ kunfidenza f’Malta u riflessjoni tal-innovazzjoni u l-ambizzjoni li qed tmexxi l-qasam diġitali f’pajjiżna. Bħala Gaming Malta nemmnu li kumpaniji bħal Gentoo jagħżlu lil pajjiżna, għax Malta mhux biss hub jew ċentru imma dar. Id-dar ta’ eċċellenza fil-qasam diġitali, mibnija fuq kollaborazzjoni, fiduċja u viżjoni għall-futur ta’ din l-industrija.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Gentoo Media tagħżel lil Malta għall-headquarters ewlieni b’aktar minn 70 impjieg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow