AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
pr251933
31/10/2025
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-preżenza ta' residwi tal-aġent antimikrobiku metronidazole.
| Isem fuq il-prodott | Miscela di miele di Fiori |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Taħlita ta' għasel tal-UE u għasel mhux tal-UE |
| Ditta: | Miele Ambrosoli |
| Piż: | 500g |
| Lot: | D 0228 |
| Data tad-durabbiltà: | 02 - 2028 |
| Produttur | G.B. Ambrosoli s.p.a |


Il-konsumat ur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN