Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna: L-ambjent għodda importanti għas-saħħa mentali

pr251930
Date Icon 30/10/2025

Imnedija l-webapp ParksInMalta

Il-webapp ParksInMalta hija għodda diġitali li permezz tagħha l-pubbliku se jkollu aċċess immedjat biex jara fejn huma l-ispazji miftuħa u ta' rikreazzjoni li huma mifruxa madwar Malta u Għawdex. B'lista ta' spazji li tiżboq il-mitejn spazju miftuħ, ġonna u bandli, bil-webapp ParksInMalta in-nies issa jistgħu jsibu fejn huma dawn l-ispazji ta' rikreazzjoni u fl-istess waqt jaraw x'tip ta' avvenimenti jkunu għaddejjin.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema, Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien mal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, ħabbret din l-inizjattiva diġitali.

ParksInMalta, żviluppata minn Project Green, tispeċifika l-karatteristiċi differenti ta' dawn l-ispazji, bħal per eżempju liema parks joffru mogħdijiet aċċessibbli għal siġġijiet tar-roti, liema spazji joffru logħob inklussiv jew outdoor gyms, fejn hemm toilets aċċessibbli, u żoni adattati għal picnics, fost oħrajn.

Il-Ministri spjegaw kif l-aċċess għall-ambjent san huwa għodda importanti għal kwalità ta' saħħa mentali aħjar.

“Din hija waħda mill-aktar inizjattivi għal qalbi. Fi ftit sekondi, tista' tara fejnhom aktar minn 200 spazju ta' rikreazzjoni – ġonna, parks, u bandli – spazji fejn in-nies jistgħu jqattgħu l-ħin ta' rilassament," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Dalli spjegat ukoll kif Budget 2026 qed jalloka l-akbar vot kapitali li qatt ingħata lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — allokazzjoni ta' €275 miljun. “Dan ifisser żieda ta' 26% fi żmien sentejn. Madwarna Gvernijiet differenti qed ikollhom jaqtgħu l-investiment fl-ambjent. B'differenza, f'pajjiżna għandna ekonomija b'saħħitha li tħallina nkomplu ninvestu."

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif spazji miftuħa huma neċessarji u kruċjali għall-benesseri mentali. Tenna kif il- Gvern impenjat li jkomplu jwassal aktar għarfien dwar il-prevenzjoni biex inkomplu nibnu kuxjenza u reżiljenza. “Illum qegħdin hawn f'ambjent u spazju aħdar. Hi l-mira tagħna li nkomplu ninvestu fil-kura fil-qalba tal-komunità fejn in-nies jistgħu jsibu l-għajnuna meħtieġa ftit passi 'l bogħod mid-dar tagħhom", saħaq il-Ministru Abela.

Il-Ministru Abela għamel referenza wkoll għal dak imħabbar fil-Budget 2026, li ser ikompli l-investiment fil-kura u l-prevenzjoni permezz ta' tliet Ċentri f'Malta li joffru kura għas-saħħa mentali fil-komunità. “Ekonomija b'saħħitha hija kruċjali biex isir aktar investiment fis-saħħa ta' kull wieħed u waħda minnha. Bħala Gvern kommessi li nkomplu naħdmu biex noffru l-aħjar kura lill-familji tagħna u lil uliedna", temm jgħid Dr Abela.

Għal aktar dettalji u biex tesplora l-ispazji miftuħa f'Malta u Għawdex, żur il-website uffiċjali ta' Parks in Malta fuq https://parksinmalta.mt/.

Ritratti: DOI/MEEC/MHA

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna: L-ambjent għodda importanti għas-saħħa mentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna: L-ambjent għodda importanti għas-saħħa mentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna: L-ambjent għodda importanti għas-saħħa mentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Ekonomija b'Saħħitha – Futur għal Uliedna: L-ambjent għodda importanti għas-saħħa mentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow