Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr251924
Date Icon 29/10/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ġie infurmat li anzjan ta' 89 sena, tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei, wara li madwar ġimgħatejn ilu kien involut f'inċident ma' resident ieħor f'Dar tal-Anzjani privata fil-Fgura.

Dan il-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija, li fetħu l-investigazzjonijiet neċessarji. Il-Ministeru huwa infurmat ukoll li dwar dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud. L-Awtoritajiet u l-Aġenziji pertinenti tal-Gvern qegħdin jikkollaboraw bi sħiħ f'dawn l-investigazzjonijiet sabiex ikunu stabbiliti l-fatti li wasslu għall-mewt tal-anzjan.

Il-Ministeru u l-Awtoritajiet fi ħdanu joffru l-kondoljanzi sinċiera tagħhom lill-familja tal-anzjan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow