Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żjara tal-Ministru Caruana fil-kumpanija De La Rue

pr251919
Date Icon 28/10/2025

L-għada li l-Gvern ippreżenta l-Budget tiegħu għas-sena 2026, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana żar il-kumpanija De La Rue fejn barra li ltaqa’ mal-ħaddiema u l-management, ra l-investiment li din il-kumpanija qed twettaq fil-mument. 

Il-Ministru nnota kif l-investiment li qed tagħmel din il-kumpanija biex iżżid il-produzzjoni tagħha, jirrifletti dak li qed jgħaddi minnu l-pajjiż bil-ħolqien ta’ iktar ġid. Huwa qal li l-ekonomija ta’ Malta qed tkompli tikber, qed toħloq iktar ġid u b’dak il-ġid il-Gvern qed ikompli jgħin lill-familji u lin-negozji Budget wara l-ieħor. 

Dwar it-tnaqqis fit-taxxa, il-Ministru Caruana fakkar li fil-Budget tas-sena l-oħra, il-Gvern għen lill-ħaddiema kollha b’miżura li ħalliet fi bwiethom €140 miljun. Huwa qal li din is-sena l-Gvern ħass il-ħtieġa li dan l-isforz isir mal-familji, speċjalment dawk bit-tfal għaliex jirrikonoxxi is-sagrifiċċji li dawn jagħmlu għat-trobbija tal-ulied. 

Il-Ministru qal li l-Gvern ried jindirizza din l-isfida b’mod b’saħħtu ħafna permezz ta’ miżura li se tħalli €160 miljun oħra għand il-ġenituri. Il-Ministru spjega kif dan it-tnaqqis fit-taxxa lill-familji fuq tliet snin huwa biss il-bidu minn sensiela ta’ miżuri li se jiżguraw li l-familji jibqgħalhom aktar flus mid-dħul tagħhom. Huwa qal li din il-miżura tkompli tippremja l-bżulija tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u dawn it-tip ta’ miżuri qed iwasslu lill-pajjiż fejn hu llum. “Il-pajjiż kompla jissaħħaħ u għaldaqstant dan il-pajjiż se jibqa’ jieħu ħsieb lil uliedu wkoll,” temm jgħid il-Ministru Caruana.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żjara tal-Ministru Caruana fil-kumpanija De La Rue
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żjara tal-Ministru Caruana fil-kumpanija De La Rue
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Żjara tal-Ministru Caruana fil-kumpanija De La Rue
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow