Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI 195 proġett b’finanzjament ta’ €17 miljun taħt Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsaħħu t-tagħlim tul il-ħajja f’Malta

PR251912
Date Icon 25/10/2025

L-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) organizzat iċ-Ċerimonja tal-Għotjiet 2025 fejn ġew allokati aktar minn €17-il miljun f’fondi Ewropej lil 195 proġett f’Malta taħt il-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, faħħar il-prestazzjoni b’saħħitha ta’ Malta fl-assorbiment tal-fondi Ewropej, u saħaq li dawn il-proġetti se jappoġġjaw edukazzjoni inklużiva, taħriġ vokazzjonali, żvilupp tal-ħiliet diġitali u ekoloġiċi, u parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-soċjetà.

“Dawn l-investimenti jirriflettu l-impenn ta’ Malta lejn il-valuri Ewropej u lejn it-tagħlim tul il-ħajja. Permezz tal-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, qed inħallu impatt pożittiv fuq eluf ta’ ċittadini Maltin,” qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru ħabbar ukoll li l-EUPA se ssaħħaħ ir-rwol tagħha biex tappoġġja l-aċċess ta’ Malta għal fondi mmaniġġjati direttament mill-Kummissjoni Ewropea, permezz ta’ tim u desk dedikat. Din l-inizjattiva se tgħin biex Malta tattira aktar riżorsi, tappoġġja proġetti ambizzjużi, u tallinja l-prijoritajiet nazzjonali mal-prijoritajiet Ewropej.

Erasmus+ huwa mmexxi minn erba’ prijoritajiet orizzontali: Inklużjoni u Diversità, Trasformazzjoni Diġitali, Ambjent u Ġlieda kontra t-Tibdil fil-Klima, u Parteċipazzjoni Demokratika. L-implimentazzjoni f’Malta tirrifletti dawn il-valuri, b’progress sinifikanti biex nilħqu l-gruppi msemmija, nippromwovu ħiliet ġodda u nrawmu ċittadinanza Ewropea attiva.

Il-Ministru temm billi rringrazzja lill-benefiċjarji, lill-imsieħba, u lill-ħaddiema tal-EUPA għall-impenn tagħhom biex jagħmlu differenza fit-tagħlim, l-inklużjoni u l-innovazzjoni f’Malta.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Jonathan Vassallo, u l-Koordinatur Nazzjonali tal-EUPA, Raphael Scerri. It-tnejn tennew l-importanza li l-fondi Ewropej ikomplu jiġu utilizzati b’mod effiċjenti sabiex iħallu impatt reali fuq il-komunità edukattiva u s-soċjetà b’mod inġenerali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI 195 proġett b’finanzjament ta’ €17 miljun taħt Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsaħħu t-tagħlim tul il-ħajja f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI 195 proġett b’finanzjament ta’ €17 miljun taħt Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsaħħu t-tagħlim tul il-ħajja f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI 195 proġett b’finanzjament ta’ €17 miljun taħt Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsaħħu t-tagħlim tul il-ħajja f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow