STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Dr Fleur Abela se tinħatar Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali
Dr Fleur Abela se tinħatar Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-Kummissarju għandu l-għan li jippromwovi u jħares il-benesseri tal-annimali kif ukoll jissalvagwardja d-drittijiet u l-ħarsien tal-annimali f’Malta u Għawdex.
Dr Fleur Abela gradwat fil-liġi mill-Università ta’ Malta fl-2018, u kompliet bl-istudji tagħha fi Queen Mary University of London. Tipprattika fil-liġi ċivili, drittijiet umani u drittijiet tal-familja, u ħadmet fuq proġetti legali relatati ma’ tfal u annimali. Il-passjoni tagħha għad-drittijiet ta’ dawk vulnerabbli, u l-imħabba tagħha lejn l-annimali, kienet kostanti tul ħajjitha professjonali u personali.
Il-Ministeru jirringrazzja lil Alison Bezzina tas-servizz tagħha tul il-perjodu li jkopri kuntratt li jiskadi fil-jiem li ġejjin. Jirringrazzjaha tad-dedikazzjoni u l-ħidma tagħha għall-ġid tal-annimali. Il-Ministeru jawgura wkoll lil Dr Fleur Abela għall-irwol ġdid tagħha u jħares ’il quddiem għal aktar ħidma favur il-ħarsien tal-annimali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN