Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI F’5 snin aktar minn irduppjaw il-kuntratti ta’ kirjiet

pr251894
Date Icon 23/10/2025

F'7 snin is-sussidju fuq kirjiet żdied b'7 darbiet

L-iżviluppi u l-evoluzzjoni tas-suq tal-kirjiet fl-aħħar ħmistax-il sena ġew ittrattati f'konferenza li matulha l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes elenka r-riformi li saru f'dan il-qasam.

Qal li minn settur li kien jopera għal riħu, fl-2020 il-Gvern ta' bidu għal riforma qawwija li wittiet il-pedamenti għal suq modern tal-kirjiet. Iddaħħal għall-ewwel darba qafas leġislattiv li bih bdiet issir reġistrazzjoni mandatorja għal kuntratti privati tal-kiri; ġie stabbilit l-iqsar perjodu ta' kemm tista' ddum kirja waqt li l-Awtorità tad-Djar saret regolatur tas-suq privat tal-kirjiet.

Il-Ministru Galdes ħabbar li fl-aħħar ħames snin, in-numru ta' kuntratti tal-kiri żdied minn madwar 27,000 fl-aħħar tal-2020 għal aktar minn 71,000 fil-bidu ta' Ottubru ta' dis-sena.

Huwa qal li l-Gvern se jkompli jaħdem biex jespandi l-istock ta' akkomodazzjoni affordabbli biex b'hekk tonqos il-pressjoni fuq is-suq privat. Semma bħala eżempju kif l-ispiża fuq l-housing benefit scheme, sussidju tal-kera, żdiedet minn €1.6 miljun fl-2017 għal kważi €11 miljun fl-2024.

Biex tisseddaq aktar stabbiltà fis-suq, qal il-Ministru Galdes, il-Gvern daħħal inċentivi fiskali għal kirjiet fit-tul waqt li inħoloq panel biex b'mod trasparenti u ġust, jinqatgħu malajr kwistjonijiet li jkun hemm bejn is-sid u l-inkwilin. Ir-riforma daqstant ieħor wasslet biex inħoloq reġistru tal-kirjiet li sar għodda indispensabbli biex jiġu analizzati x-xejriet fis-suq, jiġu identifikati abbużi u pressjonijiet fuq l-affordabilità tal-kirjiet.

Il-Ministru Galdes irrefera għall-emendi leġislattivi ta' Settembru li għadda li kienu riżultat ta' djalogu miftuħ u kontinwu bejn il-Ministeru, l-Awtorità tad-Djar, is-sidien, il-kerrejja, l-aġenti tal-propjetà u rappreżentanti tal-komunità.

L-emendi leġislattivi li ddaħħlu ħasbu biex tonqos il-burokrazija, l-abbużi u daħlu limiti ta' kemm jista' jkun hemm residenti f'kamra tas-sodda. Il-Ministru Galdes saħaq li b'hekk sar pass lejn ekwilibriju fis-suq biex jitħarsu d-drittijiet kemm tas-sidien u anke l-benessri tar-residenti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Matthew Zerafa, sostna li, “Is-settur tal-kirjiet żviluppa f'suq bi prospetti ekonomiċi b'saħħithom li jattratta l-investiment. Qegħdin nużaw l-istudji u l-għarfien tal-Awtorità biex nsaħħuh b'mod li jibqa' sostenibbli u dinamiku għall-ħtiġijiet tan-nies u tal-familji Maltin fil-ħajja ta' kuljum."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI F’5 snin aktar minn irduppjaw il-kuntratti ta’ kirjiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI F’5 snin aktar minn irduppjaw il-kuntratti ta’ kirjiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI F’5 snin aktar minn irduppjaw il-kuntratti ta’ kirjiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow