Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr251885
Date Icon 23/10/2025


Il-President ta' Malta tgħarraf li:

Wara li fil-5 ta' Awwissu 2025 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, għall-ħatra ta' żewġ Maġistrati ġodda, u żewġ Imħallfin ġodda, li l-applikazzjonijiet għalihom kienu jagħlqu fis-26 ta' Awwissu 2025, fl-10 ta' Ottubru 2025 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta datat ukoll 10 ta' Ottubru 2025 maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta' Malta: dan wara laqgħa tal-istess Kumitat li saret fil-5 ta' Ottubru 2025 fejn ġew evalwati għoxrin (20) espressjoni ta' interess għal ħatra ta' żewġ Maġistrati.

Dan ir-Rapport poġġa għall kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta' tliet kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idonei u minn dawn it-tliet ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta l-President jagħżel wieħed.

It-tliet ismijiet imressqa f'ordni alfabetiku kienu ta':

  1. Agius Franco
  2. Bianco Ingrid, u
  3. Valentino Patrick

Minn dawn it-tliet ismijiet jiena għażilt dak ta' Agius Franco.

Fis-16 ta' Ottubru 2025 għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) kienet ta':

Agius Franco

Sussegwentament nhar l-20 ta' Ottubru 2025 is-Segretarju tal-Kumitat ippreżentali t-tieni Rapport dettaljat naxxenti wkoll dan ir-Rapport minn seduta tal-5 ta' Ottubru 2025 bl-ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta ta' tliet kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli.

L-ismijiet f'ordni alfabetiku kienu dawn:

  1. Bianco Ingrid
  2. Valentino Patrick, u
  3. Zammit Claudio

L-għażla minn dawn it-tliet ismijiet skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta hija ta':

Bianco Ingrid

Billi skont l-Artikolu 100 (1) tal-Kostituzzjoni l-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, f'ordni alfabetiku lis-segwenti persuni sabiex iservu ta' Maġistrati tal-Qrati Inferjuri:

Agius Franco

Bianco Ingrid

L-ismijiet tal-Kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idonei u meritevoli u li tressqu għall għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96 A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu ppubblikati huma dawk li jidhru aktar 'il fuq f'din l-istqarrija.

B'dan ikun dikjarat illi l-ħatra ta' żewġ Maġistrati skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fil-5 ta' Awwissu 2025 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Ġudikanti Maġistrati ġodda u tirringrazzja lill-membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.

Illum il-Ħamis 23 ta' Ottubru 2025

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow