Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta.

pr251881
Date Icon 22/10/2025

Dalgħodu, tliet Ambaxxaturi ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Ambaxxatur tal-Istat tal-Iżrael, Ruth Cohen-Dar,

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea, Choon-goo Kim, u

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Liberja, Genevieve Kennedy.

Wara li ppreżentat il-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tal-Istat tal-Iżrael tkellmet dwar it-tama li għandu l-Istat Iżraeljan wara l-qbil ta' waqfien mill-ġlied aktar kmieni dan ix-xahar.  Fuq livell bilaterali, hija kkommettiet ruħha li ser tkun qed taħdem bis-sħiħ biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-popli speċjalment fl-oqsma tan-negozju, kummerċ kif ukoll fit-turiżmu.

Fil-laqgħa li kellu mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea tkellem dwar ir-relazzjonijet tajbin ma' Malta, u kif din is-sena qed jiġu ċċelebrati sittin sena ta' relazzjonijiet.  Ġew diskussi wkoll l-irwoli importanti ta' Malta u r-Repubblika tal-Korea f'fora multilaterali, fosthom fil-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn kemm Malta kif ukoll il-Korea kienu eletti u servew fl-istess Kunsill.

Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Liberja, irrimarkat l-impenn ta' pajjiżha biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali.  Hija tkellmet ukoll dwar il-prospetti ta' kollaborazzjoni bejn Malta u l-Liberja, speċjalment fejn jidħlu s-setturi tal-marittimu, tal-agrikoltura u anke tal-promozzjoni tal-ugwaljanza.

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi  għall-ħatra tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow